"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 13 ta' Marzu 2020

Riżultati ewlenin

Davor Božinović, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja
Fil-laqgħa tagħna llum indirizzajna żewġ sfidi ewlenin li l-Ewropa qed tħabbat wiċċha magħhom: it-tifqigħa tal-coronavirus u s-sitwazzjoni fuq il-fruntiera esterna tagħna. Dwar dawn iż-żewġ kwistjonijiet l-Ewropej jixtiequ jkunu ċerti li qed nagħmlu minn kollox biex nittrattaw is-sitwazzjoni. Il-laqgħa tal-lum kienet pass ieħor 'il quddiem biex intejbu l-koordinazzjoni ġenerali tagħna u l-appoġġ lil xulxin fiż-żewġ kwistjonijiet.
Davor Božinović, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja
Davor Božinović, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja

Is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-UE

Il-ministri għall-affarijiet interni ġew mgħarrfa mill-aktar stati membri milquta direttament, il-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti tal-UE, dwar l-aħħar żviluppi fuq il-fruntieri esterni tal-UE mat-Turkija. Minkejja pressjoni akbar mit-28 ta' Frar 'l hawn, is-sitwazzjoni li hemm bħalissa għadha stabbli kemm fuq il-fruntieri tal-art kif ukoll dawk tal-baħar.

Il-ministri vvalutaw ukoll kif qed jiġu implimentati l-miżuri msemmija fid-dikjarazzjoni tal-ministri għall-affarijiet interni tal-4 ta' Marzu:

  • l-istati membri pprovdew il-persunal u l-assi mitluba mill-Frontex għal żewġ operazzjonijiet ta' intervent rapidu fuq il-fruntiera
  • l-istazzjonament ta' 160 espert tal-asil ser jiġi aċċellerat
  • l-istati membri u l-istati parteċipanti wieġbu b'aktar minn 70000 oġġett għas-sejħa li saret permezz tal-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili
  • qed jingħata wkoll appoġġ koordinat mill-Frontex għar-ritorn, kif ukoll assistenza finanzjarja sa €700 miljun
L-UE tieħu miżuri fuq erba' fronti biex tappoġġa lill-Greċja

Il-qagħda fil-fruntieri esterni tal-UE: appoġġ lill-Greċja (Infografika)

COVID-19: tifqigħa tal-coronavirus

Protezzjoni ċivili

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri responsabbli minn kwistjonijiet ta' protezzjoni ċivili ddiskutew it-tifqigħa tal-coronavirus, billi ħadmu għall-prijoritajiet identifikati mill-mexxejja tal-UE fl-10 ta' Marzu. Huma kkonċentraw b'mod partikolari fuq:

  • it-tagħlimiet meħuda s'issa fl-indirizzar tat-tifqigħa ta' COVID-19
  • miżuri addizzjonali possibbli ta' tħejjija u rispons għall-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili
  • kif tinqasam aħjar l-informazzjoni, bl-użu sħiħ tal-ġabra ta' għodod għal rispons politiku integrat f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (IPCR)
  • appoġġ addizzjonali mill-istati membri

linji gwida tal-UE għall-eżami tas-saħħa fuq il-fruntieri

Id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq il-fruntieri tal-istati membri huma deċiżjonijiet nazzjonali u jaqgħu fil-kompetenza tal-istat membru rispettiv. Minkejja dan, il-Kummissjoni pproponiet li tħejji linji gwida li jistgħu jissuġġerixxu mod aktar uniformi ta' eżami tas-saħħa li jsir fuq il-fruntieri.

Metodi ta' ħidma tal-Kunsill matul il-kriżi

Fuq talba mid-delegazzjoni Taljana, il-ministri kellhom skambju qasir ta' fehmiet mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill dwar il-metodi ta' ħidma tal-Kunsill waqt il-kriżi tal-coronavirus.

Il-Ministru Davor Božinović jiġbor fil-qosor id-diskussjonijiet dwar it-tifqigħa tal-coronavirus

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 7 ta' Jannar 2025