- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Vidjokonferenza tal-ministri għall-ġustizzja, 4 ta' Ġunju 2020
Riżultati ewlenin
Ċessjoni tal-pretensjonijiet
Il-ministri ddiskutew ir-regolament propost dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet. Dan ir-regolament ser jistabbilixxi regoli uniformi li jindikaw liema liġi nazzjonali jenħtieġ li tiddetermina s-sjieda ta' pretensjoni wara li tkun ġiet ċeduta fuq bażi transfruntiera.
Biex is-suq uniku jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, jeħtieġ li jitnaqqsu l-ostakli prattiċi għall-investiment transfruntier. Il-leġislazzjoni proposta li ddiskutejna llum ser tagħti lin-negozji u lill-konsumaturi aktar ċertezza tad-dritt, u b'hekk tiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-finanzjament. Dražen Bošnjaković, Ministru għall-Ġustizzja tal-Kroazja
L-għan ta' din id-diskussjoni kien li tiġi pprovduta gwida politika dwar tliet aspetti:
- jekk l-applikazzjoni retroattiva tar-regolament għandhiex tkun eskluża
- jekk ir-regolament għandux ikun fih regoli dwar kunflitti prijoritarji li jinvolvu n-novazzjoni
- jekk il-prinċipju tal-universalità għandux jinżamm fir-regolament
Fl-interventi tagħhom, il-ministri appoġġaw b'mod mifrux in-nonretroattività u l-applikazzjoni universali tal-istrument futur. Taw ukoll il-kontribut tagħhom dwar is-suġġett tan-novazzjoni. Id-diskussjonijiet dwar din il-proposta issa ser ikomplu fuq livell tekniku.
Estradizzjoni ta' ċittadini tal-UE lejn pajjiżi terzi
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-kwistjoni tal-estradizzjoni ta' ċittadini tal-UE lejn pajjiżi terzi. Wara serje ta' sentenzi mill-Qorti tal-Ġustizzja f'dawn l-aħħar snin, inkluż is-sentenza fil-kawża Petruhhin, għad fadal xi xogħol xi jsir biex jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet prattiċi tagħhom. Il-ministri qablu li jistiednu lill-Eurojust u lin-Network Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) biex janalizzaw kif it-talbiet għall-estradizzjoni ta' ċittadini tal-UE minn pajjiżi terzi jiġu ttrattati fil-prattika, u biex iressqu suġġerimenti f’dan ir-rigward.
L-impatt tal-COVID-19 fuq il-qasam tal-ġustizzja
L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, il-Eurojust, in-Network Ġudizzjarju Ewropew u l-Kummissjoni taw idea ġenerali tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-impatt tal-COVID-19 fuq il-qasam tal-ġustizzja fl-UE.
Il-Kummissjoni rrapportat dwar l-istabbiliment tal-grupp ta' koordinazzjoni dwar il-mandat ta' arrest Ewropew, wara l-vidjokonferenza tal-ministri għall-ġustizzja fis-6 ta' April. Informazzjoni rilevanti dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq il-kooperazzjoni ġudizzjarja miġbura mill-Kummissjoni, l-Eurojust u n-Network Ġudizzjarju Ewropew (NĠE) hija disponibbli permezz ta' paġna ddedikata fuq il-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali regolarment telabora rapporti dwar l-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuq id-drittijiet fundamentali.
- L-impatt tal-COVID-19 fuq il-qasam tal-ġustizzja (Kummissjoni Ewropea)
- L-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuq id-drittijiet fundamentali: bullettin 2 (Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali)
Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġislattivi attwali.
Il-Presidenza rrapportat ukoll dwar il-vidjokonferenza ministerjali fil-qasam tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni bejn l-UE u l-Istati Uniti, li saret fit-28 ta' Mejju. Il-Presidenza Ġermaniża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha, li ser jiffoka fuq kif jiġu żgurati r-reżiljenza u l-fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja tal-UE, l-aċċess għall-ġustizzja, id-drittijiet tal-vittmi, id-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali, id-diżinformazzjoni u d-diskors ta' mibegħda. Ser tkompli l-ħidma fuq il-proposti leġislattivi li għaddejjin, inkluż l-evidenza elettronika, u t-twaqqif tal-UPPE.
Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri bil-miktub dwar is-sitwazzjoni attwali fit-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u n-negozjati internazzjonali li għaddejjin dwar l-evidenza elettronika.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025