Skip to content
  • Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet interni, 5 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-affarijiet interni ddiskutew ir-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri interni u l-moviment liberu tal-persuni.

Hekk kif is-sitwazzjoni ġenerali titjieb, l-istati membri kollha jinsabu fil-proċess ta' dieskalazzjoni u tneħħija gradwali ta' wħud mill-miżuri li ġew applikati fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Dan jinkludi t-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri u l-irkupru sħiħ tal-moviment liberu tal-persuni li ġie limitat minħabba l-pandemija.

Davor Bozinovic, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja
L-istati membri u l-istituzzjonijiet tal-UE ħadmu flimkien mill-qrib biex irażżnu l-firxa tal-virus. Issa li s-sitwazzjoni qed titjieb, il-koordinazzjoni għadha essenzjali. Jeħtieġ li niżguraw li t-tneħħija tal-kontrolli ssir bi proporzjonalità u tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità. Huwa biss billi naħdmu flimkien li nistgħu nipprovdu liċ-ċittadini ċ-ċertezza li jeħtieġu biex jerġgħu jibdew jgħixu ħajjithom.
Davor Bozinovic, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja
Davor Bozinovic, Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Intern tal-Kroazja

Sal-15 ta' Ġunju, il-maġġoranza tal-istati membri ser ikunu neħħew il-kontrolli fil-fruntieri interni tagħhom u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar relatati, b'oħrajn li għandhom isegwuhom sal-aħħar tax-xahar. Il-ministri qablu li kwalunkwe restrizzjoni li fadal tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mas-saħħa, mhux diskriminatorji u proporzjonati. Huma ser ikomplu jikkoordinaw mill-qrib u taħt it-tmexxija tal-Kummissjoni.

Il-ministri ddiskutew ukoll it-tul ta' kemm għandhom jinżammu r-restrizzjonijiet tal-UE fuq l-ivvjaġġar fir-rigward tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u liema kriterji u miżuri jistgħu jiġu applikati ladarba jibdew jitneħħew ir-restrizzjonijiet.

Huma qablu ma' approċċ unifikat għat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mhux essenzjali, li mhux mistennija sseħħ qabel l-1 ta' Lulju. Huma enfasizzaw ukoll il-ħtieġa għal kriterji ċari għall-passi li jmiss. Abbażi ta' din id-diskussjoni, il-Kummissjoni ser tipproponi triq 'il quddiem għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri esterni b'mod ikkoordinat.

Fil-bidu tal-laqgħa, il-Presidenza infurmat lill-ministri dwar ir-riżultati operazzjonali taċ-ċiklu ta' politika tal-UE għall-2019 biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata(EMPACT).

Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġislattivi attwali.

Malta aġġornat ukoll lill-ministri dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fil-Mediterran Ċentrali u l-isfidi li qed jiffaċċja l-pajjiż. Il-Presidenza rrappurtat ukoll dwar il-vidjokonferenza ministerjali għall-Ġustizzja u Affarijiet Interni UE-Stati Uniti, li saret fit-28 ta' Mejju. Il-presidenza Ġermaniża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha, li ser jiffoka fuq it-tisħiħ tal-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili tal-UE, it-tmexxija 'l quddiem tar-riforma tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-asil u t-tisħiħ tas-sigurtà interna tal-UE u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri bil-miktub dwar l-implimentazzjoni li għaddejja tar-regolamenti dwar l-interoperabbiltà.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025