"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 31 ta' Awwissu 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-affarijiet interni ltaqgħu biex jiddiskutu l-iżviluppi fl-Afganistan, b'mod aktar speċifiku fir-rigward tal-implikazzjonijiet potenzjali fl-oqsma tal-protezzjoni internazzjonali, il-migrazzjoni u s-sigurtà. Il-Kunsill Ewropew adotta dikjarazzjoni dwar dan.

Aleš Hojs, Ministru għall-Intern tas-Slovenja
Ninsab kuntent ħafna li llum urejna unità u qbilna dwar dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rispons komuni tal-UE għas-sitwazzjoni fl-Afganistan. L-UE tibqa' impenjata li tappoġġa lill-Afgani vulnerabbli, u b'mod partikolari n-nisa u t-tfal, kemm fl-Afganistan kif ukoll fir-reġjun. Fl-istess ħin, aħna determinati li nipprevjenu l-faċilitaturi ta' dħul klandestin u t-traffikanti tal-bnedmin milli jisfruttaw din is-sitwazzjoni mwiegħra billi nikkoordinaw ir-rispons tagħna għal kwalunkwe moviment ta' migrazzjoni illegali u nipproteġu l-fruntieri esterni tal-UE.
Aleš Hojs, Ministru għall-Intern tas-Slovenja
Aleš Hojs, Ministru għall-Intern tas-Slovenja

Fid-dikjarazzjoni l-ministri enfasizzaw li l-evakwazzjoni taċ-ċittadini tal-UE u, sa fejn ikun possibbli, ta' nazzjonali Afgani li kkooperaw mal-UE u l-istati membri tagħha u l-familji tagħhom, twettqet bħala kwistjoni ta' prijorità u ser titkompla.

Bħala prijorità immedjata, l-UE ser tkompli tikkoordina mas-sħab internazzjonali, b'mod partikolari n-NU u l-aġenziji tagħha, fir-rigward tal-istabbilizzazzjoni tar-reġjun u biex tiżgura li l-għajnuna umanitarja tilħaq lill-popolazzjonijiet vulnerabbli. L-UE ser timpenja wkoll ruħha u ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk ġirien u ta' tranżitu, li jospitaw għadd kbir ta' migranti u refuġjati.

L-UE ser tikkoopera wkoll ma' dawk il-pajjiżi biex tipprevjeni l-migrazzjoni illegali mir-reġjun. L-UE u l-istati membri tagħha huma wkoll determinati li jaġixxu b'mod konġunt biex jipprevjenu r-rikorrenza ta' movimenti ta' migrazzjoni illegali fuq skala kbira mhux ikkontrollati ffaċċjati fil-passat, billi jħejju rispons ikkoordinat u ordnat. Bl-appoġġ tal-Frontex, jibqgħu determinati li jipproteġu b'mod effettiv il-fruntieri esterni tal-UE u jipprevjenu d-dħul mhux awtorizzat, kif ukoll li jassistu lill-istati membri l-aktar affettwati.

L-UE u l-istati membri tagħha ser jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li s-sitwazzjoni fl-Afganistan ma twassalx għal theddid ġdid għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Iridu jsiru l-isforzi kollha biex jiġi żgurat li r-reġim Taliban iwaqqaf ir-rabtiet u l-prattiki kollha mat-terroriżmu internazzjonali u li l-Afganistan ma jerġax isir santwarju għat-terroristi u l-gruppi tal-kriminalità organizzata.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025