"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 08/06/2015, 8 ta' Ġunju 2015

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill kellu dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali u l-iżviluppi futuri fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Sigurtà tal-Enerġija, li ffoka fuq is-sigurtà tal-provvista.  

L-għan tal-Istrateġija għas-Sigurtà tal-Enerġija huwa li tiġi żviluppata r-reżiljenza tal-UE għal xokkijiet u għat-tfixkil tal-provvista ta’ enerġija, u fuq medda twila ta’ żmien biex tonqos id-dipendenza tagħha fuq fjuwils, fornituri tal-enerġija u rotot partikolari.

Il-ministri qablu li diversi rotot u sorsi ta’ provvista, il-kooperazzjoni reġjonali, it-tfassil tas-suq tal-enerġija u l-iżvilupp tal-infrastruttura kienu elementi essenzjali tal-politika tal-enerġija tal-UE u l-passi meħtieġa lejn l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija tal-UE.

Il-kooperazzjoni reġjonali hija pass importanti 'l quddiem lejn sigurtà tal-enerġija tal-UE aktar b'saħħitha u għandhom għalhekk jitqiesu kif jixraq meta jkunu qed jiġu żviluppati aktar miżuri f’dan il-qasam. Sigurtà tal-enerġija aktar b'saħħitha hija waħda mill-ogħla prijoritajiet tal-UE u l-istati membri tagħha u għandha wkoll impatt pożittiv biex tgħin sabiex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu l-impjiegi fl-UE. Is-Sinjura Dana Reizniece-Ozola, Ministru Latvjan għall-Ekonomija

"Il-kooperazzjoni reġjonali hija pass importanti 'l quddiem lejn sigurtà tal-enerġija tal-UE aktar b'saħħitha u għandhom għalhekk jitqiesu kif jixraq meta jkunu qed jiġu żviluppati aktar miżuri f’dan il-qasam.  

Sigurtà tal-enerġija aktar b'saħħitha hija waħda mill-ogħla prijoritajiet tal-UE u l-istati membri tagħha u għandha wkoll impatt pożittiv biex tgħin sabiex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu l-impjiegi fl-UE", qalet is-Sinjura Dana Reizniece-Ozola, il-ministru Latvjan għall-Ekonomija.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, li jiffokaw fuq kif il-konsumaturi - kemm domestiċi u n-negozji - jingħataw enerġija sigura, sostenibbli u bi prezz aċċessibbli u biex jinkoraġġixxu l-investiment meħtieġ f’dan il-qasam.

Il-ministri ngħataw ukoll aġġornament mill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi rigward ir-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-enerġija, b’mod partikolari dwar it-taħditiet trilaterali Ukrajna-Russja-UE u l-Komunità tal-Enerġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Lulju 2025