"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 05/03/2015, 5 ta' Marzu 2015

Riżultati ewlenin

Hemm bżonn urġenti li naslu għal suq intern Ewropew tal-enerġija li jaħdem b'mod sħiħ u jkun interkonness biex tiġi żgurata l-provvista bla waqfien ta' enerġija fl-Ewropa kollha.”  Dana Reizniece-Ozola, Ministru tal-Latvja għall-Ekonomija

Unjoni tal-enerġija

Il-Kunsill kellu skambju ta’ fehmiet dwar l-unjoni tal-enerġija, li indirizza b’mod partikolari kwistjonijiet bħas-sigurtà tal-enerġija, it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija, id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija u l-kompetittività.

L-elementi ewlenin tad-dibattitu ser jintbagħtu lill-President tal-Kunsill Ewropew bħala kontribut għall-Kunsill Ewropew ta’ Marzu.

Il-Ministru tal-Latvja għall-Ekonomija, is-Sinjura Dana Reizniece-Ozola, qalet:

"Neħtieġu titjib inġenerali u b'saħħtu tal-politika biex jiġu indirizzati l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija, il-kompetittività u t-triq tagħha lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. It-tħassib taċ-ċittadini tal-UE dwar is-sigurtà tal-enerġija fi żminijiet ġeopolitiċi diffiċli, l-impjiegi, il-mobilità sostenibbli jew il-kontijiet tal-enerġija tagħhom iridu jkunu fil-qalba ta’ dan ir-rispons ta’ politika".

L-infrastruttura tal-enerġija

Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar l-iżviluppi u l-prijoritajiet għall-infrastruttura tal-enerġija, bħala mezz biex naslu għal suq intern Ewropew tal-enerġija li jaħdem b'mod sħiħ u jkun interkonness.

Il-Ministri indirizzaw b’mod partikolari l-kooperazzjoni reġjonali, il-finanzjament tal-infrastruttura tal-enerġija u miżuri biex jintemm l-iżolament fil-qasam tal-enerġija sabiex tintlaħaq il-mira ta’ 10 % tal-interkonnessjonijiet tal-elettriku eżistenti sal-2020.

L-eżitu tad-dibattitu ser iservi ta' kontribut mill-Kunsill tal-Enerġija għar-rapport ta’ sintesi tal-Presidenza dwar l-istrateġija Ewropa 2020.

Il-Ministru tal-Latvja għall-Ekonomija, is-Sinjura Dana Reizniece-Ozola, qalet: "Huwa bżonn urġenti li naslu għal suq intern Ewropew tal-enerġija li jkun jaħdem b'mod sħiħ u jkun interkonness biex tiġi żgurata l-provvista bla waqfien tal-enerġija fl-Ewropa kollha. Kooperazzjoni reġjonali akbar tista' tikkontribwixxi b'mod sostanzjali biex jintemm l-iżolament u tintlaħaq il-mira ta' interkonnessjoni elettrika ta' 10% sal-2020".

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr dibattitu regolament dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-karbonju mit-trasport bil-baħar.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025