"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 09/12/2014, 9 ta' Diċembru 2014

Il-Kunsill jiddiskuti l-azzjoni ta' segwitu għall-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030

F'laqgħa fi Brussell fid-9 ta' Diċembru, il-ministri għall-enerġija tal-UE ddiskutew is-segwitu għall-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Ottubru. Huma adottaw konklużjonijiet dwar it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija tal-UE.

Qafas ta' politika għall-2030

Il-Kunsill organizza dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, bħala segwitu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Ottubru 2014. Id-dibattitu ffoka fuq il-proċess il-ġdid ta' governanza. Dan il-proċess ser jirfed l-implimentazzjoni tal-qafas u jgħin biex ikun żgurat li l-UE tilħaq l-għanijiet tagħha għall-politika tal-enerġija.

B'mod ġenerali, il-ministri jqisu li l-proċess il-ġdid ser jikkontribwixxi għall-konsistenza tal-politiki tal-UE dwar il-klima u l-enerġija. Madanakollu, fil-fehma tagħhom għandu jinżamm kemm jista' jkun flessibbli.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll l-indikaturi tal-enerġija għall-monitoraġġ tal-politiki dwar il-klima u l-enerġija. Mid-dibattitu ħareġ ċar li jeħtieġ issir aktar ħidma biex jiġi żviluppat approċċ komuni dwar dan.

Il-Presidenza Latvjana li jmiss tal-Kunsill qed tħejji biex isiru aktar diskussjonijiet dwar il-qafas ta' politika għall-2030. 

Suq intern tal-enerġija

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-tlestija tas-suq intern tal-enerġija. Il-konklużjonijiet jidentifikaw azzjonijiet prijoritarji biex jgħinu fit-tlestija tas-suq intern tal-enerġija. B'mod partikolari, jikkonċentraw fuq:

  • l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk
  • l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni
  • kooperazzjoni fil-livell tal-UE bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-operaturi tan-netwerk
  • integrazzjoni tas-suq reġjonali, interkonnessjonijiet u kooperazzjoni transkonfinali
  • sensibilizzazzjoni u involviment tal-konsumaturi

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri ddiskutew l-aspetti tar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-istrateġija Ewropa 2020 li jirrigwardaw l-enerġija, inkluż prijoritajiet possibbli ġodda.

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr dibattitu, il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar l-abbozz ta' direttiva dwar it-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC). Id-direttiva, li temenda d-direttiva dwar il-kwalità tal-karburanti u dik dwar l-enerġija rinnovabbli, għandha l-għan tibda tranżizzjoni għal bijokarburanti li tikseb tnaqqis sostanzjali ta' gassijiet serra.

Il-presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni għarrfu wkoll lill-ministri dwar l-iżviluppi reċenti fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni dwar l-enerġija.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025