- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 11-12/06/2015, 11 u 12 ta' Ġunju 2015
Riżultati ewlenin
Aktar ma jittieħed żmien biex jintlaħaq qbil dwar ir-roaming u r-regoli tal-internet miftuħ, aktar jitbiegħed il-prospett li jinħoloq suq uniku diġitali ġenwin. Anrijs Matīss, Ministru għat-Trasport tal-Latvja
Telekomunikazzjoni
Suq uniku fit-telekomunikazzjoni
Il-Presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali dwar il-proposti għal suq uniku fit-telekomunikazzjoni (ir-roaming u n-newtralità tal-internet) li bħalissa qed jiġu nnegozjati mal-Parlament Ewropew. Il-proposta dwar is-suq uniku fit-telekomunikazzjoni ġiet diskussa wkoll mill-ministri f’laqgħa informali waqt il-kolazzjon organizzata Anrijs Matīss, il-Ministru għat-Trasport tal-Latvja, flimkien mal-Kummissarju Günther Oettinger.
"L-iżvilupp ta’ Ewropa verament diġitali kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-presidenza Latvjana", qal il-Ministru Matīss, li ppresieda l-laqgħa. "Aktar ma jittieħed żmien biex jintlaħaq qbil dwar ir-roaming u r-regoli tal-internet miftuħ, aktar jitbiegħed il-prospett li jinħoloq suq uniku diġitali ġenwin. Bosta stati membri, illum issottolinjaw l-importanza li jsir kull sforz biex jintlaħaq ftehim mal-Parlament Ewropew kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux akkost ta’ kollox."
Sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni
Il-presidenza infurmat ukoll lill-ministri dwar il-progress fuq il-proposta dwar is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, li qed tiġi nnegozjata mal-Parlament Ewropew.
Il-programm tas-servizzi diġitali interoperabbli ISA²
Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar programm ta' soluzzjonijiet interoperabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej, għaċ-ċittadini u n-negozji (ISA²). Il-programm ser jappoġġa l-interazzjoni elettronika fost is-setturi u l-fruntieri. Huwa mistenni li jdum mill-2016 sal-2020.
Konklużjonijiet dwar it-trasferiment tal-funzjonijiet tal-IANA
Il-Kunsill addotta konklużjonijiet dwar it-trasferiment tal-ġestjoni tal-funzjonijiet tal-Awtorità għan-Numri Assenjati tal-Internet (IANA) lill-komunità multiparteċipattiva. It-trasferiment li jmiss huwa wieħed mill-aktar proċessi importanti relatati mal-governanza tal-Internet din is-sena.
Strateġija tas-suq uniku diġitali
Il-ministri esprimew il-fehmiet tagħhom dwar l-istrateġija tas-suq uniku diġitali adottata mill-Kummissjoni f’Mejju. Il-presidenza ser tiġbor il-messaġġi prinċipali mid-dibattitu għall-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju.
Aċċessibbiltà għall-web
Il-Kunsill ta' ħarsa lejn il-progress li sar dwar proposta sabiex is-siti web tas-settur pubbliku jsiru aktar aċċessibbli. Tinħtieġ aktar ħidma speċjalment dwar il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.
Għamilna kull sforz fil-ħidma tagħna fuq il-pilastru tas-suq iżda huwa ċar li hemm bżonn ta' aktar żmien biex jintlaħaq ftehim politiku bbażat fuq kunsens wiesa' fi ħdan il-Kunsill. Anrijs Matīss, Ministru għat-Trasport tal-Latvja
Trasport
Bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali dwar ir-rekwiżiti tekniċi proposti għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. L-abbozz ta' direttiva ser jarmonizza l-proċeduri f'żewġ reġimi legali differenti (l-UE u r-Renu) li huma meħtieġa biex jiġu aġġornati l-istandards tekniċi unifikati.
Liberalizzazzjoni u governanza tas-suq ferrovjarju
Il-ministri ħadu kont tal-proposti dwar il-governanza u l-ftuħ tas-suq taħt il-pilastru tas-suq tar-raba’ pakkett ferrovjarju. "Għamilna kull sforz fil-ħidma tagħna fuq il-pilastru tas-suq iżda huwa ċar li hemm bżonn ta' aktar żmien biex jintlaħaq ftehim politiku bbażat fuq kunsens wiesa' fi ħdan il-Kunsill", qal Anrijs Matīss, il-Ministru għat-Trasport tal-Latvja, li ppresieda l-laqgħa. "Fl-istess ħin, dħalna f’fażi deċiżiva fit-taħditiet mal-Parlament Ewropew dwar il-pilastru tekniku, u bi ftit rieda tajba mill-partijiet kollha involuti għandu jkun possibbli ftehim il-ġimgħa d-dieħla meta jkun hemm l-aħħar trilogu matul il-presidenza Latvjana."
Drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru
Il-ministri ddiskutew ukoll il-progress li sar dwar aġġornament propost tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru tal-UE.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Programm Indikattiv, Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 11 ta' Ġunju 2015
- Programm indikattiv, Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 12 ta' Ġunju 2015
- Aġenda proviżorja, Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 11-12 ta’ Ġunju 2015
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 11-12 ta’ Ġunju 2015
- Informazzjoni ta' Sfond - Trasport
- Informazzjoni ta' Sfond - Telekommunikazzjoni
- Lista ta’ parteċipanti (trasport)
- Lista ta’ parteċipanti (telekomunikazzjoni)
Stqarrijiet għall-istampa
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trasferiment tal-ġestjoni tal-funzjonijiet tal-Awtorità għan-Numri Assenjati tal-Internet (IANA) lill-komunità multiparteċipattiva
- 12/06/2015
- Il-programm tas-servizzi diġitali interoperabbli ISA² - il-Kunsill jasal għal qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 12/06/2015
- Bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 11/06/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025