Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Telekomunikazzjoni), 03/12/2019, 3 ta' Diċembru 2019

Punti ewlenin fuq l‑aġenda

Teknoloġija 5G

Il-Kunsill ser jadotta konklużjonijiet dwar is-sinifikat tat-teknoloġija 5G għall-ekonomija tal-Ewropa u l-ħtieġa għat-tnaqqis tar-riskji relatati ta' sigurtà.

F'Marzu ta' din is-sena, il-Kunsill Ewropew appella biex l-UE u l-istati membri tagħha jieħdu azzjoni biex tiġi żviluppata l-ekonomija diġitali.

L-UE qed tippjana li tiżgura kopertura 5G għaż-żoni urbani kollha u għar-rotot ewlenin kollha tat-trasport fuq l-art sal-2025.

Privatezza elettronika

Il-Kunsill ser jisma' dwar il-progress li sar rigward ir-regolament dwar ir-regoli ta' privatezza għall-komunikazzjoni elettronika (Privatezza elettronika).

L-abbozz ta' regolament għandu l-għan, fost l-oħrajn, li jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni tal-ħajja privata, komunikazzjoni u data personali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika.

Użu etiku tad-data

It-tisħiħ tad-data ekonomika Ewropea huwa waħda mill-prijoritajiet tal-presidenza Finlandiża.

Il-ministri ser jiddiskutu kif l-Unjoni Ewropea tista' ssir ċentru għall-użu etiku tad-data u ser tiġi mistiedna tirrifletti dwar il-passi li jmiss f'dan il-qasam.

Any other business

Under 'Any other business', the presidency updated ministers on the current legislative proposal on the European Cybersecurity Competence Centre and the Network of Coordination Centres. The presidency also briefed ministers on the Data Economy Conference and Digital Government Conference, which were both held in Helsinki in the autumn. The incoming Croatian presidency presented its work programme.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025