- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 20/09/2019, 20 ta' Settembru 2019
Main results
Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni estensiv dwar kif ser jiddekarbonizza t-trasport sabiex jiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u jilħaq l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.
Id-dibattitu kien ibbażat fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Pjaneta Nadifa għal kulħadd", ippubblikata f'Novembru 2018.
Biex tkun riflessa l-importanza tas-suġġett, sessjonijiet separati ġew iddedikati għat-trasport fuq l-art(bit-triq, bil-ferrovija u navigazzjoni interna), l-avjazzjoni u t-tbaħħir.
Id-diskussjoni tal-lum kienet inkoraġġanti. Huwa ċar li għandna bżonn nagħmlu aktar biex innaqqsu l-emissjonijiet ta' gass serra sabiex inwaqqfu t-tisħin globali. U s-settur tat-trasport irid, u ser, ikollu jaqdi rwol kruċjali f'dan. Hemm rieda fost l-istati membri kollha biex jisfruttaw kemm jistgħu firxa wiesgħa ta' għażliet: għażliet teknoloġiċi, għażliet politiċi, bidla fl-imġiba tagħna… L-ebda soluzzjoni weħidha mhi biżżejjed, iżda bit-taħlita t-tajba ta' politika u billi nħaddnu l-opportunitajiet ipprovduti mill-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, naslu. Azzjoni klimatika b'saħħitha hija appoġġata mill-Ewropej, u hija prijorità ewlenija għall-presidenza Finlandiża. Id-diskussjoni tagħna llum tipprovdi bażi tajba għal ħidma futura lejn mobbiltà mingħajr karbonju u soċjetà newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju. Sanna Marin, Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Finlandja, president tal-laqgħa
Il-presidenza ser tiġbor fil-qosor id-dibattitu tal-ministri bħala kontribut għall-Kunsill Ewropew, li mistenni jiffinalizza l-gwida tiegħu qabel tmiem is-sena. L-UE mbagħad tkun tista' tadotta l-istrateġija fit-tul tagħha dwar il-klima u tippreżentaha lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) sal-2020, kif mitlub mill-Ftehim ta' Pariġi.
Id-diskussjoni tal-Kunsill – kif ukoll l-istruzzjoni mill-Kunsill Ewropew – ser jiggwidaw ukoll lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' proposti leġislattivi ġodda u inizjattivi oħra f'dan il-qasam.
Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew strumenti finanzjarji għal trasport sostenibbli.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025