- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 24/09/2019, 24 ta' Settembru 2019
Riżultati ewlenin
Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar il-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-abbozzi ta' pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima (NECPs). Il-ministri ffokaw fuq kif jiġi żgurat li l-livelli ta' ambizzjoni tal-kontributi nazzjonali fl-NECPs finali ser ikunu għolja biżżejjed biex jintlaħqu l-miri għall-2030 tal-UE kollha.
Ninsab kuntent li ħafna stati membri huma lesti li jżidu l-ambizzjoni nazzjonali tagħhom sabiex inkunu nistgħu b'mod kollettiv nilħqu l-miri tal-enerġija tagħna għall-2030. Kellna diskussjoni pożittiva ħafna li nittama li ser tgħin lill-istati membri meta jiffinalizzaw il-pjanijiet tagħhom qabel tmiem is-sena. Katri Kulmuni, Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Finlandja u president tal-Kunsill
Minbarra l-NECPs, id-diskussjoni indirizzat ukoll xi rwol għandu jkollu l-Kunsill fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' governanza tal-Unjoni tal-Enerġija. Id-diskussjoni wriet li l-istati membri jridu rwol attiv għall-Kunsill, li jakkumpanja u jissorvelja l-proċess ta' tħejjija u implimentazzjoni tal-NECPs.
Pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (Infografika)
Is-settur tal-enerġija lil hinn mill-2030: Lejn in-newtralità klimatika
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar modi u mezzi biex tinkiseb in-newtralità klimatika fis-settur tal-enerġija. Id-diskussjoni kienet miftuħa u wiesgħa. Fost l-oqsma ewlenin li rreferew għalihom id-delegazzjonijiet kien hemm ir-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju, il-kooperazzjoni reġjonali u l-ħtieġa għal transizzjoni ġusta. Il-ministri enfasizzaw li huma jagħtu importanza kbira lill-kwistjoni ta' kif tista' tinkiseb in-newtralità klimatika fis-sistemi tal-enerġija, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.
Id-dibattitu kien animat minn filmat b'messaġġi mingħand mexxejja tan-negozju, riċerkaturi, NGOs u partijiet ikkonċernati oħra li qed jikkontribwixxu b'mod attiv fit-transizzjoni tal-enerġija.
Punti oħra fuq l-aġenda
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass matul ix-xitwa li ġejja 2019-2020. Il-Kummissjoni enfasizzat li t-taħdidiet trilaterali mar-Russja u mal-Ukrajna dwar il-futur tat-transitu tal-gass, li saru fid-19 ta' Settembru 2019, seħħew f'atmosfera pożittiva u ħolqu l-kundizzjonijiet biex jintlaħaq ftehim qabel tmiem is-sena.
Id-delegazzjoni Awstrijaka pprovdiet informazzjoni dwar l-aktar żviluppi reċenti tal-inizjattiva dwar l-idroġenu. Din l-inizjattiva tnediet matul il-Presidenza Awstrijaka f'Settembru 2018 u għandha l-għan li timmassimizza l-potenzjal tal-idroġenu sostenibbli biex tiġi dekarbonizzata s-sistema tal-enerġija u tiġi żgurata sigurtà tal-enerġija fit-tul.
Id-delegazzjoni tal-Lussemburgu semmiet il-modernizzazzjoni u r-rieżami li għaddejjin tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u appellat għal attenzjoni akbar fuq l-azzjoni klimatika fil-proċess ta' modernizzazzjoni.
Fl-aħħar nett, id-delegazzjoni Litwana infurmat lill-ministri dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta' Astravets fil-Belarussja u r-riżultati tat-"testijiet tal-istress" tal-Belarussja.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025