- Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 04/12/2019, 4 ta' Diċembru 2019
Riżultati ewlenin
Integrazzjoni tas-settur intelliġenti: Il-promozzjoni ta'enerġija nadifa
Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-integrazzjoni tas-settur intelliġenti u r-rwol tiegħu fid-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea. L-enfasi ewlieni tad-dibattitu kien fuq kif l-UE tista' tgħin biex tiffaċilita l-integrazzjoni tas-settur u l-akkoppjament tas-setturi, u liema ostakli - regolatorji jew mhumiex - għandhom jitneħħew biex jiġi aċċellerat l-iżvilupp tagħhom. Il-ministri qablu dwar l-importanza tal-integrazzjoni tas-settur għall-kisba tad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, speċjalment għal setturi li ma setgħux faċilment jiġu elettrifikati, filwaqt li ssottolinjaw ukoll l-importanza li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Huma appellaw għal aktar ħidma f’oqsma li jinkludu l-qafas regolatorju għall-integrazzjoni tas-settur, l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-finanzjament ta’ teknoloġiji innovattivi u proġetti pilota, u l-kooperazzjoni transkonfinali.
Prijoritajiet tal-politika dwar l-enerġija tal-Kummissjoni l-ġdida
Wara preżentazzjoni mill-Kummissarju l-ġdid għall-Enerġija, Kadri Simson, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-prijoritajiet tal-Kummissjoni l-ġdida fir-rigward tal-politika dwar l-enerġija. Il-Kummissarju Simson enfasizzat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-President von der Leyen, u spjegat li l-prijoritajiet tagħha tal-politika dwar l-enerġija kienu ser ikunu bbażati fuq tliet pilastri: in-nies, il-pjaneta u l-imsieħba. Matul id-diskussjoni, il-ministri laqgħu b’mod ġenerali l-prijoritajiet tal-Kummissjoni u pprovdew reazzjonijiet inizjali għall-pjanijiet deskritti mill-Kummissarju.
Pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-segwitu għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima "Ningħaqdu flimkien biex inwettqu l-Unjoni tal-Enerġija u l-azzjoni klimatika". Diversi ministri enfasizzaw il-progress li komplew jagħmlu fit-tfassil tal-pjanijiet nazzjonali finali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, li jridu jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sa tmiem is-sena.
Saret diskussjoni oħra qabel dwar dan is-suġġett fil-Kunsill Enerġija tal-24 ta' Settembru 2019.
Pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (Infografika)
Punti oħrajn fuq l-aġenda
Il-Kummissjoni informat lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fit-taħditiet trilaterali mar-Russja u l-Ukrajna dwar il-futur tat-transitu tal-gass, u analizzat is-sitwazzjoni attwali fl-UE fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-gass għax-xitwa li jmiss. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni enfasizzat li l-ħażniet tal-gass huma mimlijin u l-livell ta' tħejjija huwa ogħla minn dak tal-passat.
Il-Presidenza informat lill-ministri dwar il-progress li sar fir-regolament dwar it-tikkettar tat-tajers. Sar ftehim proviżorju mal-Parlament Ewropew fit-13 ta' Novembru 2019.
Il-Presidenza Kroata li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għas-sitt xhur li ġejjin. L-aġenda tal-Presidenza Kroata ser tkun ibbażata fuq erba' prijoritajiet: Ewropa li qed tiżviluppa, Ewropa li tikkollega, Ewropa li tipproteġi u Ewropa influwenti. Id-delegazzjoni Kroata enfasizzat l-intenzjoni tagħha li tkompli l-ħidma fuq l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #TTE
Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025