"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Trasport), 02/12/2019, 2 ta' Diċembru 2019
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar ir-riforma proposta tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji. Ir-regoli aġġornati ser itejbu d-drittijiet tal-passiġġieri b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa, jiżguraw applikazzjoni aktar uniformi tar-regoli, itejbu l-għoti ta' informazzjoni u jippromwovu l-użu tal-"biljetti globali".
Il-Kunsill qabel ukoll dwar approċċ ġenerali għall-proposta biex jiġu ssimplifikati l-miżuri għall-għoti ta' permessi sabiex tiġi ffaċilitata t-tlestija tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T).
Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar is-"servizzi diġitali tat-trasport għan-nies: il-passi li jmiss għal soluzzjonijiet Ewropej sostenibbli".
Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-futur tal-Ajru Uniku Ewropew, bil-parteċipazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Eurocontrol, Eamonn Brennan.
Iż-żewġ pożizzjonijiet tal-Kunsill li qbilna dwarhom illum, kif ukoll iż-żewġ diskussjonijiet li kellna, għandhom l-għan li jippromwovu mobbiltà aktar faċli u aktar sostenibbli madwar l-Ewropa. Huwa fl-interess ta' kulħadd li t-trasport isir aktar effiċjenti u reżiljenti għall-futur, u b'hekk jgħinna nilħqu l-għanijiet klimatiċi tagħna.
Sanna Marin, Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni tal-Finlandja u president tal-laqgħa tal-lum
Affarijiet oħra diskussi inkludew informazzjoni mill-presidenza dwar il-proposta dwar bidliet staġonali fil-ħin.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.