"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza tal-ministri għall-enerġija, 14 ta' Diċembru 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-enerġija tal-UE ltaqgħu f'vidjokonferenza informali biex jiddiskutu l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija fl-UE. Huma rċevew ukoll aġġornament mill-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-enerġija u dwar għadd ta' kwistjonijiet oħra.

Integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija

Biex l-Ewropa ssir newtrali għall-klima sal-2050, teħtieġ li tittrasforma b'mod fundamentali s-sistema tal-enerġija tagħha f'sistema tal-enerġija integrata b'parti kbira ta' enerġija rinnovabbli u titjib sinifikanti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Matul il-vidjokonferenza, il-ministri skambjaw fehmiet dwar il-prijoritajiet tal-istati membri bil-ħsieb tar-reviżjoni li jmiss tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-enerġija.

Il-ministri ddiskutew liema miżuri ta' politika jqisu bħala prijoritajiet u liema sfidi jipprevedu għall-aġġornament tal-qafas regolatorju tal-UE sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. Il-ministri skambjaw ukoll fehmiet dwar l-allinjament possibbli tal-miri tal-enerġija tal-UE għall-2030 b'ambizzjoni klimatika ogħla għall-2030.

Kwistjonijiet oħra

Il-Kummissjoni ppreżentat informazzjoni dwar żviluppi reċenti rigward ir-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-enerġija.

Id-delegazzjoni Litwana tat informazzjoni dwar l-ikkummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ostravets fil-Belarussja u l-koerenza tiegħu mal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari.

Il-presidenza Portugiża li jmiss ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għall-ewwel semestru tal-2021.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025