Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Telekomunikazzjoni), 4 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Att dwar il-Governanza tad-Data

Il-Kunsill ivvaluta l-progress dwar abbozz ta' regolament dwar il-governanza Ewropea tad-data, magħruf bħala l-Att dwar il-Governanza tad-Data. Il-proposta għandha l-għan li tippromwovi d-disponibbiltà tad-data għall-użu mill-ġdid billi żżid il-fiduċja fl-intermedjarji tad-data u billi ssaħħaħ diversi mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tad-data madwar l-UE. Dawn il-miżuri huma mfassla biex jagħtu lill-UE vantaġġ kompetittiv billi jippermettulha tikkapitalizza fuq il-kwantitajiet vasti ta' data ġġenerata kuljum.

Livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-UE

Il-ministri evalwaw ukoll il-progress dwar direttiva proposta dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-UE (direttiva NIS riveduta jew NIS2). L-għan tal-proposta għal NIS2 huwa li tkompli ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċitajiet ta' rispons għall-inċidenti tal-entitajiet pubbliċi u privati, l-awtoritajiet kompetenti u l-UE kollha kemm hi.

Kumpass Diġitali 2030

Il-Kunsill organizza dibattitu ta' orjentazzjoni dwar is-suġġett "Kumpass Diġitali 2030: Kif għandha titwitta t-triq lejn il-futur diġitali tal-UE" abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kumpass Diġitali.

Matul id-diskussjoni, il-ministri appoġġaw l-istabbiliment ta' kumpass diġitali b'miri ta' trasformazzjoni diġitali ambizzjużi għall-2030 u esprimew l-impenn qawwi tagħhom li jiddefendu d-drittijiet fundamentali, l-etika u l-valuri Ewropej fil-proċess ta' trasformazzjoni diġitali. Is-suq uniku diġitali għandu jkun trasparenti, sostenibbli u sigur, u għandhom jinħolqu opportunitajiet indaqs għal kulħadd biex jipparteċipaw fis-soċjetà diġitali. Id-dibattitu tal-lum ipprovda gwida għall-passi li jmiss fil-proċess tal-kumpass diġitali.

Pedro Nuno Santos, Ministru għall-Infrastruttura u d-Djar tal-Portugall, president tal-laqgħa tal-lum
Il-Kumpass Diġitali stabbilixxa parametri refenrenzjarji ġodda għall-futur diġitali tal-Ewropa u, parzjalment bħala konsegwenza tal-kriżi tal-COVID-19, it-teknoloġiji diġitali issa qed jidħlu fl-aspetti kollha ta' ħajjitna. Għaldaqstant hija r-responsabbiltà komuni tagħna li ngħinu lin-nies u lin-negozji biex iħaddnu futur diġitali ffukat fuq il-bniedem, sostenibbli u għani, ibbażat fuq it-tmexxija teknoloġika.
Pedro Nuno Santos, Ministru għall-Infrastruttura u d-Djar tal-Portugall, president tal-laqgħa tal-lum
Pedro Nuno Santos, Ministru għall-Infrastruttura u d-Djar tal-Portugall, president tal-laqgħa tal-lum

Affarijiet oħra

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tad-diskussjonijiet dwar ir-regoli tal-privatezza aġġornati għall-komunikazzjoni elettronika (privatezza elettronika). L-ewwel laqgħa tat-trilogu politiku mal-Parlament Ewropew saret f'Mejju, u l-ħidma ser tkompli fil-livell tekniku qabel il-presidenza tgħaddi dan il-fajl lill-presidenza Slovena li jmiss, li diġà hija involuta fil-ħidma.

Il-presidenza aġġornat ukoll lill-ministri dwar ir-reviżjoni tar-regolament dwar ir-roaming. Fil-grupp ta' ħidma tal-Kunsill, l-istati membri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-estensjoni tal-iskema "roaming daqslikieku f’pajjiżek", u għaddejja ħidma biex jiġi żgurat li r-regolament jiġi adottat fi żmien debitu.

Il-presidenza infurmat ukoll lill-ministri dwar l-Assemblea Diġitali 2021, li saret fl-1 u t-2 ta' Ġunju.

Il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni dwar l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, il-proposta dwar l-identità diġitali Ewropea u s-sett ta' għodod komuni tal-UE għall-konnettività.

Id-delegazzjoni Litwana ppreżentat il-kandidat Litwan għall-elezzjonijiet li ġejjin għall-kariga ta' Deputat Segretarju Ġenerali tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU).

Bħala l-aħħar punt, il-presidenza Slovena li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għat-tieni nofs tal-2021.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025