"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza informali tal-ministri għat-telekomunikazzjoni, 14 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Il-ministri għat-telekomunikazzjoni kellhom l-ewwel dibattitu ta' orjentazzjoni fil-fond tagħhom rigward l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali propost, biex jipprovdu gwida politika għal aktar ħidma fuq din il-proposta kumplessa.

Id-diskussjoni ffukat fuq it-tfassil regolatorju tal-Att u l-isfidi involuti fl-implimentazzjoni effettiva tiegħu.

Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja u president tal-laqgħa
Il-ministri llum esprimew l-appoġġ ċar tagħhom għal liġi komprensiva waħda dwar l-intelliġenza artifiċjali, li sservi bħala mudell madwar id-dinja, bl-istess mod bħar-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data, il-GDPR, fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali. Għad hemm ħidma sostanzjali xi ssir, peress li rridu niżguraw li l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali jilħaq iż-żewġ għanijiet tiegħu li jiżgura s-sikurezza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali u jistimula l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija bbażata fuq l-IA fis-setturi kollha. Il-presidenza Slovena ser tkompli l-ħidma intensiva fuq din il-proposta, li hija tqis bħala prijorità ewlenija fil-qasam diġitali.
Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja u president tal-laqgħa
Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja u president tal-laqgħa

Matul id-diskussjoni, il-ministri enfasizzaw il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi konsiderevoli li l-intelliġenza artifiċjali tista' ġġib magħha f'firxa wiesgħa ta' setturi, iżda enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li tiġi protetta l-privatezza u jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà, sabiex tinbena l-fiduċja meħtieġa f'dawn it-teknoloġiji ġodda.

Il-ministri rrakkomandaw b'mod qawwi li titkompla l-ħidma lejn l-istabbiliment ta' qafas regolatorju orizzontali u ċċentrat fuq il-bniedem għall-IA, kif propost mill-Kummissjoni, biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konsistenza għall-iżviluppaturi u l-utenti. Xi delegazzjonijiet semmew il-ħtieġa li tiġi żgurata konsistenza mar-regoli relatati stabbiliti f'leġiżlazzjoni oħra.

Filwaqt li tindirizza r-riskji u tiżgura li s-sistemi tal-IA jirrispettaw il-valuri tal-UE, il-liġi l-ġdida trid tibqa' valida fil-futur u trawwem l-innovazzjoni. Biex jinkiseb dan, id-dispożizzjonijiet tagħha għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jadattaw għat-teknoloġiji li qed jevolvu malajr.

Id-delegazzjonijiet laqgħu l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju tal-proposta, iżda indikaw li ħafna kwistjonijiet jeħtieġu aktar diskussjoni, b'mod partikolari rigward il-kamp ta' applikazzjoni tal-Att, l-aspetti tal-infurzar tal-liġi u d-definizzjonijiet ta' termini ewlenin. Spjegazzjoni ċara dwar dawn kienet meqjusa essenzjali għaċ-ċertezza legali u l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Att.

Ambjenti ta' esperimentazzjoni regolatorja u faċilitajiet ta' esperimentazzjoni tqiesu bħala għodod utli għal regolamentazzjoni u implimentazzjoni aktar intelliġenti. L-istandardizzazzjoni u d-disponibbiltà ta' data ta' kwalità għolja għandhom jiġu promossi, u diversi ministri semmew ir-rwol importanti tal-proposti attwali u futuri dwar id-data f'dan ir-rigward.

Għadd ta' ministri semmew l-importanza ta' infurzar u superviżjoni effettivi, speċjalment is-sorveljanza mill-bniedem. L-istruttura ta' governanza għandha tkun sempliċi, u l-piż amministrattiv u finanzjarju għall-operaturi, b'mod partikolari l-SMEs u n-negozji ġodda, għandu jinżamm kemm jista' jkun baxx. Għandu jiġi offrut appoġġ speċjali lill-SMEs biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jikkonformaw faċilment mar-regoli l-ġodda.

Id-diskussjonijiet dwar il-proposta ser ikomplu fil-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar it-telekomunikazzjoni. Il-presidenza għandha l-għan li tippreżenta proposta ta' kompromess f'Novembru.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025