"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 11 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għall-enerġija ltaqgħu fil-Lussemburgu biex jiddiskutu r-regolament TEN-E, l-istrateġija għall-idroġenu u l-istrateġija mewġa ta' rinnovazzjoni.

Regolament TEN-E

Il-ministri qablu dwar approċċ ġenerali għar-reviżjoni proposta tar-regolament dwar in-Networks Trans-Ewropej tal-enerġija (TEN-E). L-approċċ ġenerali għandu l-għan li jimmodernizza, jiddekarbonizza u jinterkonnettja l-infrastruttura tal-enerġija transkonfinali tal-UE biex jgħin lill-UE tilħaq l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika għall-2050. Fl-istess ħin, għandu l-għan li jkompli jiżgura l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista.

João Pedro Matos Fernandes, Ministru għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima tal-Portugall
Biex inkunu newtrali għall-klima sal-2050, neħtieġu infrastrutturi tal-enerġija moderni u interkonnessi li huma adattati għal teknoloġiji tal-enerġija nadifa. Għandna bżonn naraw aktar grilji intelliġenti u aktar enerġija rinnovabbli fil-grilji tagħna. Il-ftehim li ntlaħaq illum jinvesti f'futur ekoloġiku u newtrali għall-klima li jiggarantixxi l-effiċjenza, il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.
João Pedro Matos Fernandes, Ministru għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima tal-Portugall
João Pedro Matos Fernandes, Ministru għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima tal-Portugall

L-approċċ ġenerali ser iservi bħala l-bażi għall-pożizzjoni tal-Kunsill fin-negozjati tat-trilogu politiku mal-Parlament Ewropew.

Mewġa ta' rinnovazzjoni

Il-ministri approvaw konklużjonijiet tal-Kunsill dwar mewġa ta' rinnovazzjoni li ssewwi l-ekonomija issa, u toħloq bini ekoloġiku għall-futur.

Is-settur tal-bini huwa wieħed mill-akbar konsumaturi tal-enerġija fl-Ewropa u huwa responsabbli għal aktar minn terz tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE. L-istrateġija mewġa ta' rinnovazzjoni għandha l-għan li tintensifika l-isforzi ta' rinnovazzjoni madwar l-UE, sabiex tagħti l-kontribut meħtieġ mis-settur tal-bini għall-objettiv tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050 u biex twassal għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta u ekwa. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jenfasizzaw l-aspetti tal-inklużjoni soċjali, l-irkupru ekonomiku u t-tranżizzjoni ekoloġika.

L-istrateġija tippromwovi rinnovazzjonijiet li jnaqqsu l-użu tal-enerġija, irażżnu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jżidu l-iffrankar tal-ispejjeż.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill japprovaw l-għan tal-istrateġija li mill-inqas tirdoppja r-rati ta' rinnovazzjoni relatati mal-enerġija fl-UE sal-2030, filwaqt li tindirizza l-faqar enerġetiku, toħloq impjiegi ġodda u tippromwovi l-ekonomija ċirkolari.

Strateġija għall-idroġenu

Il-ministru kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-evoluzzjoni tal-Istrateġija għall-Idroġenu fl-Ewropa. L-istrateġija għandha l-għan li toħloq ambjent li jippermetti li jiżdiedu l-provvista u d-domanda għall-idroġenu bħala element ewlieni fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.

Il-ministri ddiskutew kif l-istati membri jistgħu jikkooperaw biex joħolqu kondizzjonijiet xierqa biex irawmu s-suq għall-idroġenu u jħaffu r-regolamentazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-użu finali biex tiżdied l-adozzjoni tal-idroġenu, b'mod partikolari fis-setturi li diffiċli jiġu dekarbonizzati. Il-ministri ddiskutew ukoll il-prijoritajiet ta' finanzjament għall-idroġenu u kif l-appoġġ għall-esportazzjonijiet jista' jissaħħaħ.

Il-Kummissjoni ppreżentat "Strateġija għall-Idroġenu għal Ewropa Newtrali għall-Klima" f'Lulju 2020. F'Diċembru 2020, il-Kunsill approva konklużjonijiet li jirrikonoxxu r-rwol importanti li l-idroġenu, speċjalment minn sorsi rinnovabbli, għandu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dekarbonizzazzjoni tal-UE, u appella lill-Kummissjoni biex tkompli telabora u tħaddem l-istrateġija.

Illustrazzjoni ta' bini

Mewġa ta' rinnovazzjoni: noħolqu bini ekoloġiku għall-ġejjieni (Infografika)

Kwistjonijiet oħrajn

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar l-iżviluppi reċenti fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-enerġija, inkluż id-diplomazija dwar l-enerġija, l-inizjattiva "żero netti" tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, IRENA, it-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija u l-Kunsill tal-Enerġija UE-Stati Uniti li jmiss.

Id-delegazzjoni Litwana ġibdet l-attenzjoni tal-ministri lejn azzjoni urġenti fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet ta' sikurezza fl-impjant tal-enerġija nukleari ta' Ostrovets fil-Belarussja. Id-delegazzjoni Ċeka stiednet lill-ministri biex jirriflettu dwar it-tassonomija tal-UE għal attivitajiet ekonomiċi sostenibbli u passi ulterjuri possibbli f'dan ir-rigward.

Fl-aħħar nett, id-delegazzjoni Slovena qasmet mal-ministri l-programm ta' ħidma għall-presidenza tagħha li jmiss.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Marzu 2026