Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-enerġija, 31 ta' Marzu 2026

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-enerġija tal-UE ltaqgħu għal vidjokonferenza informali fid-dawl tal-iżviluppi fil-Lvant Nofsani. Hekk kif beda t-tieni xahar tal-kunflitt, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-koordinazzjoni tal-approċċ tal-UE dwar l-enerġija.

<p>Michael Damianos, Ministru għall-Enerġija, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Il-provvista tal-enerġija tagħna hija sigura u l-Unjoni Ewropea diġà għandha għodod u regoli lesti biex tiżgura l-istabbiltà tagħha. Madankollu, huwa meħtieġ rispons b'saħħtu u kkoordinat kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali biex iċ-ċittadini u l-industriji tagħna jiġu protetti miż-żidiet qawwija attwali fil-prezzijiet tal-enerġija. Irridu nagħmlu dan filwaqt li nissalvagwardjaw l-indipendenza enerġetika tagħna fit-triq lejn settur tal-enerġija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju.

<p>Michael Damianos, Ministru għall-Enerġija, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Michael Damianos, Ministru għall-Enerġija, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-kunflitt fil-Lvant Nofsani u l-instabbiltà ġeopolitika li tirriżulta minnu qed jaffettwaw dejjem aktar is-swieq globali taż-żejt u tal-gass, u dan qed iwassal għal żieda fil-prezzijiet tal-enerġija madwar id-dinja. Mill-bidu tal-kunflitt, il-prezzijiet fl-UE għolew b'madwar 70% għall-gass u b'50% għaż-żejt.

F'dan il-kuntest, il-ministri qasmu l-valutazzjoni tagħhom dwar is-sitwazzjoni fis-swieq tal-enerġija. Huma rrikonoxxew b'mod ġenerali li s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni għadha protetta f'dan l-istadju. Fl-istess ħin qablu wkoll dwar il-ħtieġa għal azzjoni koordinata fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, sabiex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija, b'mod partikolari għall-familji u n-negozji vulnerabbli.

Fl-interventi tagħhom, il-ministri għall-enerġija tal-UE ffukaw fuq modi konkreti biex tiġi indirizzata l-volatilità fis-swieq taż-żejt u tal-gass b'mod koordinat fl-UE u lil hinn minnha, filwaqt li jiġu evitati risponsi nazzjonali frammentati u kontromiżuri.

Il-ministri qablu wkoll li tħejjija f'waqtha u bla xkiel għall-istaġun tax-xitwa li jmiss, b'injezzjonijiet bikrija tal-ħżin tal-gass, hija essenzjali sabiex jittaffew il-prezzijiet għoljin u jiġu evitati tensjonijiet fis-suq.

Enfasizzaw ukoll l-importanza li jitnaqqas l-ammont ta' enerġija li qed tiġi kkunsmata.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' April 2026