Skip to content
  • Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza informali tal-ministri għat-trasport, 21 ta' April 2026

Riżultati ewlenin

Il-ministri għat-trasport tal-UE ltaqgħu għal vidjokonferenza informali fid-dawl tal-iżviluppi fil-Lvant Nofsani. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif jista' jittaffa l-impatt tal-kriżi u jiġu żgurati l-istabbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tat-trasport madwar l-UE.

<p>Alexis Vafeades - Ministru għat-Trasport tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Filwaqt li s-sigurtà tal-provvista tal-UE għadha stabbli għalissa, il-prezzijiet għoljin tal-enerġija qed iqiegħdu pressjoni dejjem akbar fuq is-settur u s-sistema tat-trasport tal-UE. L-iskambju tal-lum ser jikkontribwixxi għal proposti rapidi u prattiċi għal rispons Ewropew b'saħħtu u koerenti. Permezz tal-koordinazzjoni u s-solidarjetà, l-Ewropa ser tilqa' għal din l-isfida.

<p>Alexis Vafeades - Ministru għat-Trasport tar-Repubblika ta' Ċipru</p>

Alexis Vafeades - Ministru għat-Trasport tar-Repubblika ta' Ċipru

L-ispiża dejjem tiżdied tal-fjuwil tqiegħed pressjoni fuq l-operaturi tat-trasport, li ħafna minnhom diġà jaħdmu b'marġnijiet dojoq. Iż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija tolqot id-domanda u twassal biex l-ispejjeż ogħla jiġu mgħoddija kemm lill-passiġġieri kif ukoll lill-merkanzija, u dan ifixkel il-flussi dinjin tal-merkanzija u l-funzjonament tas-suq uniku tal-UE.

Il-laqgħa tal-lum ikkonċentrat fuq diversi oqsma ewlenin, fosthom:

  • l-impatt tal-kriżi fuq diversi modi ta' trasport
  • koordinazzjoni fl-UE kollha biex tiġi evitata l-frammentazzjoni u jiġi żgurat rispons koordinat għall-kriżi
  • miżuri immedjati biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-provvista tal-fjuwil u tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tat-trasport.

Għalkemm l-UE bħalissa mhijiex qed tiffaċċa nuqqas immedjat ta' fjuwil, il-ministri enfasizzaw li l-volatilità tal-prezzijiet hija sfida li qed tikber. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil qed tolqot b'mod partikolari t-trasport bit-triq u l-avjazzjoni. Il-ministri qablu li l-monitoraġġ tal-istokkijiet tal-fjuwil, speċjalment il-fjuwil tal-ġettijiet, huwa kritiku għat-traċċar tal-iżviluppi u għat-tħejjija għal kwalunkwe interruzzjoni potenzjali fil-provvista.

Il-ministri esprimew ukoll appoġġ qawwi għall-pubblikazzjoni li ser twettaq il-Kummissjoni Ewropea ta' sett ta' għodod temporanju bl-għan li jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija u l-kwistjonijiet potenzjali fil-provvista tal-fjuwil. Huma ssuġġerew miżuri mmirati u temporanji bħal għajnuna mill-Istat jew flessibbiltà regolatorja, dment li dawn ikunu proporzjonati, iżommu kundizzjonijiet ekwi, u ma jfixklux is-suq uniku tal-UE.

Il-Kunsill enfasizza wkoll l-importanza li dawn ir-risponsi fuq perjodu qasir jiġu allinjati mal-għanijiet fit-tul tal-UE, b'mod partikolari t-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili, l-aċċellerazzjoni tal-elettrifikazzjoni, u t-tranżizzjoni lejn fjuwils alternattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 22 ta' April 2026