"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija (Enerġija), 16 ta' Marzu 2026

Riżultati ewlenin

Pakkett dwar il-grilji Ewropej

Il-ministri għall-enerġija tal-UE kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni b'rabta mal-pakkett dwar il-grilji Ewropej: il-proposti tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-regolament eżistenti dwar l-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (TEN-E) u għad-direttiva dwar l-għoti ta' permessi, li ġew ippreżentati fl-10 ta' Diċembru 2025.

L-għan tal-pakkett dwar il-grilji huwa li jtejjeb l-interkonnettività transfruntiera, jagħti spinta lill-elettrifikazzjoni u jħaffef il-ħruġ tal-permessi għall-grilji, filwaqt li jagħmel l-infrastruttura transfruntiera aktar reżiljenti u sigura.

Michael Damianos, Ministru għall-Enerġija, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika ta' Ċipru

Ewropa aktar konnessa hija Ewropa awtonoma u aktar reżiljenti – waħda fejn is-sigurtà tal-enerġija ma tiqafx fil-fruntieri nazzjonali. Iż-żieda reċenti fil-prezzijiet tal-enerġija u l-instabbiltà dinjija għamluha ċara li t-titjib u l-avvanz tal-interkonnettività transfruntiera fl-UE saru imperattiv strateġiku. Id-diskussjoni kostruttiva tal-lum hija pass importanti lejn it-twettiq rapidu tal-pakkett tal-grilji, biex tiġi żgurata enerġija affordabbli u domestika għall-industriji tagħna biex jirnexxu u għal kontijiet tal-konsumatur aktar baxxi mal-UE kollha.

Michael Damianos, Ministru għall-Enerġija, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika ta' Ċipru

Michael Damianos, Ministru għall-Enerġija, il-Kummerċ u l-Industrija tar-Repubblika ta' Ċipru

Il-ministri ffukaw fuq tliet kwistjonijiet: l-ippjanar integrat tal-infrastruttura tal-enerġija bbażat fuq xenarju komuni, il-finanzjament u l-kondiviżjoni tal-kostijiet tal-grilji u l-esplorazzjoni ta' modi biex jitħaffef l-għoti tal-permessi, filwaqt li jitħares l-ambjent u jiġu rispettati l-kompetenzi tal-pajjiżi tal-UE.

Pjan ta' azzjoni dwar l-enerġija affordabbli: sena wara

Il-Kunsill evalwa l-progress li sar fil-pjan ta' azzjoni dwar l-enerġija affordabbli, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni sena ilu u li għandu l-għan li jnaqqas il-kostijiet tal-enerġija.

Matul l-iskambju ta' fehmiet, il-ministri għall-enerġija ppreżentaw miżuri meħuda fil-livell nazzjonali biex jindirizzaw il-prezzijiet għoljin tal-enerġija b'mod effettiv u eżaminaw toroq possibbli 'l quddiem biex jindirizzaw din il-kwistjoni fuq terminu qasir, b'mod partikolari fid-dawl taż-żieda fil-prezzijiet tal-gass u taż-żejt wara s-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Golf.

Il-ministri ssottolinjaw il-ħtieġa għal interventi mmirati fuq terminu qasir biex tingħata għajnuna lir-reġjuni u s-setturi affettwati mill-volatilità tal-prezzijiet, filwaqt li jiġu ppreservati sinjali ta' investiment fit-tul għat-teknoloġiji rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju meħtieġa għat-tranżizzjoni tal-enerġija. Il-prevedibbiltà regolatorja għall-investimenti kienet ukoll element ewlieni tad-diskussjoni, b'ħafna stati membri jitkellmu favur li nibnu fuq is-sistemi u l-mekkaniżmi diġà eżistenti tal-UE, bħas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u d-disinn attwali tas-suq tal-elettriku.

Sigurtà tal-enerġija: tagħlimiet meħuda mill-Ukrajna u l-Moldova

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar it-tisħiħ tat-tħejjija tal-UE permezz ta' tagħlimiet tekniċi u operazzjonali kondiviżi mal-Ukrajna u l-Moldova. Huma esploraw ukoll modi kif jippromwovu s-sigurtà reċiproka tal-enerġija u l-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab tagħha, billi jiffaċilitaw il-flussi bidirezzjonali tal-enerġija.

Magħhom ingħaqdu l-Ministru għall-Enerġija tal-Moldova, Dorin Junghietu u l-Ewwel Viċi Prim Ministru tal-Ukrajna – Ministru għall-Enerġija tal-Ukrajna, Denys Shmyhal.

Investimenti fl-enerġija nadifa

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, id-Direttur ad interim tal-ACER, Volker Zuleger, u d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat għall-Proġetti tal-BEI, Laura Piovesan, ingħaqdu mal-ministri biex jiddiskutu modi kif jitħaffu l-investimenti fl-enerġija nadifa għall-kompetittività Ewropea.

Diskussjonijiet oħra

Matul il-laqgħa, il-ministri ġew infurmati wkoll dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

  • L-Awstrija ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill għat-titjib tal-ordni tal-mertu, it-trasparenza u miżuri biex jiġi indirizzat it-trasferiment tal-ETS fil-prezzijiet tal-elettriku ta' ġurnata bil-quddiem tal-UE.
  • L-Ungerija u s-Slovakkja infurmaw dwar l-implikazzjonijiet tal-interruzzjonijiet fuq il-pipeline taż-żejt ta' Druzhba għas-sigurtà tal-provvista taż-żejt.
  • Ir-Rumanija enfasizzat il-ħtieġa għat-titjib tal-oqfsa ta' finanzjament tal-UE għall-enerġija nukleari fl-UE.
L-infografika tispjega minn liema sorsi l-elettriku jiġi prodott fl-UE u kif jiġi stabbilit il-prezz tiegħu.

Kif jiġi prodott u mibjugħ l-elettriku tal-UE? (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 1 ta' Ġunju 2026