"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Semestru Ewropew fl-2023

  • 2023

    9 ta' Novembru

    Skambju ta' fehmiet bejn il-ministri dwar it-tagħlimiet meħuda

    Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar it-tagħlimiet meħuda rigward il-proċess tas-Semestru Ewropew. Dan huwa eżerċizzju regolari ta' rendikont immirat lejn it-titjib tal-mod li bih jitwettaq il-proċess. Il-ministri ddiskutew l-implimentazzjoni tal-eżerċizzju tal-2023 u taw gwida politika għall-eżerċizzju tas-sena d-dieħla.

  • 2023

    14 ta' Lulju

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet skont il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku

    Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-analiżi fil-fond tal-2023 skont il-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku.

    F'dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill ifakkar li l-ekonomija tal-UE qed tkompli turi reżiljenza minkejja ambjent diffiċli u jagħraf l-irkupru robust ta' wara l-pandemija. Jenfasizza l-importanza ta' implimentazzjoni sħiħa, f'waqtha u effettiva tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza permezz tar-riformi u l-investimenti skedati fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-Kunsill jenfasizza wkoll l-importanza tat-tkomplija tal-koordinazzjoni mill-qrib tal-politika ekonomika tal-UE, u tad-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi.

    Illustrazzjonijiet tal-kronoloġija tas-Semestru Ewropew, ċarts ekonomiċi u munzell ta' flus

    Semestru Ewropew (Infografika)

  • 2023

    30 ta' Ġunju

    Il-mexxejja tal-UE jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

    Fil-laqgħa tagħhom f'Ġunju, il-mexxejja tal-UE kellhom diskussjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi kif diskussi mill-Kunsill, u b'hekk is-Semestru Ewropew 2023 seta' jiġi konkluż.

  • 2023

    27 ta' Ġunju

    Il-Kunsill japprova r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

    Il-ministri tal-UE fil-Kunsill Affarijiet Ġenerali approvaw rakkomandazzjonijiet integrati speċifiċi għall-pajjiżi, li jipprovdu lill-istati membri tal-UE gwida annwali dwar ir-riformi nazzjonali.

    Dawn ir-rakkomandazzjonijiet issa ntbagħtu lill-mexxejja tal-UE għall-approvazzjoni fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-29 u t-30 ta' Ġunju. Ir-rakkomandazzjonijiet mistennija jiġu adottati formalment mill-Kunsill f'Lulju, biex b'hekk jintemm is-Semestru Ewropew 2023.

  • 2023

    16 ta' Ġunju

    Il-Kunsill jaqbel dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi

    Il-Kunsill qabel dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tiegħu dwar il-programmi nazzjonali ta' riforma tal-istati membri għall-2023 u l-opinjonijiet tiegħu dwar il-programmi aġġornati ta' stabbiltà jew konverġenza tagħhom.

    Il-Kunsill Ewropew mistenni japprova r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-laqgħa tiegħu tad-29 u t-30 ta' Ġunju 2023.

    Wara dan, il-Kunsill ikun jista' jipproċedi bl-adozzjonijiet formali, li ser jikkonkludu l-istadju finali tal-proċess tas-Semestru Ewropew 2023.

    Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja u President tal-Kunsill
    Ninsab kuntenta ħafna li llum ilħaqna qbil dwar ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. Dan ser ikompli javvanza l-objettiv ġenerali tagħna li nżidu t-tkabbir u nsaħħu r-reżiljenza tagħna. Minħabba l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli, huwa essenzjali li niżguraw ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħna u li nwettqu politiki fiskali responsabbli.
    Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja u President tal-Kunsill
    Elisabeth Svantesson, Ministru għall-Finanzi tal-Iżvezja u President tal-Kunsill
  • 2023

    16 ta' Mejju

    Il-Kunsill jadotta rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro

    Il-Kunsill jadotta r-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. Il-Kunsill kien diġà approva t-test fis-17 ta' Jannar 2023, soġġett għar-reviżjoni mill-ġuristi lingwisti, u l-Kunsill Ewropew kien approvah fil-laqgħa tiegħu tat-23 u l-24 ta' Marzu 2023.

  • 2023

    23 ta' Marzu

    Il-mexxejja tal-UE japprovaw ir-rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro

    Fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-UE approvaw l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

    Approvaw wkoll il-prijoritajiet tal-politika tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli u stieden lill-istati membri jirriflettuhom fil-programmi nazzjonali ta' riforma u fil-programmi ta' stabbiltà jew konverġenza tagħhom.

  • 2023

    17 ta' Jannar

    Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija u l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli

    Il-Kunsill beda l-proċess annwali tas-Semestru Ewropew għall-monitoraġġ tal-politiki ekonomiċi, tal-impjieg u fiskali tal-istati membri.

    Il-ministri għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji adottaw konklużjonijiet dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija tal-2023, kif ukoll konklużjonijiet dwar l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli tal-2023. Huma approvaw ukoll ir-rakkomandazzjoni tal-2023 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro. Din ir-rakkomandazzjoni ser tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni f'Marzu 2023.