Skip to content

Kronoloġija - REPowerEU

  • 2023

    • 9 ta' Novembru

      Aġġornament tal-pjanijiet tal-Awstrija, id-Danimarka, il-Litwanja u l-Iżvezja

      Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza emendati tal-Awstrija, id-Danimarka, il-Litwanja u l-Iżvezja.

      Il-pjanijiet nazzjonali modifikati għandhom enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u huma ambizzjużi fl-isfera diġitali u d-dimensjoni soċjali. Id-Danimarka, il-Litwanja u l-Iżvezja talbu li jittrasferixxu s-sehem tagħhom mir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR) għall-pjanijiet, f'konformità mar-regolament REPowerEU.

    • 17 ta' Ottubru

      Il-Kunsill japprova pjanijiet nazzjonali aġġornati għaċ-Ċekja, Spanja, in-Netherlands, il-Portugall u s-Slovenja

      Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw il-pjanijiet emendati għall-irkupru u r-reżiljenza taċ-Ċekja, ta' Spanja, tan-Netherlands, tal-Portugall u tas-Slovenja li issa jinkludu kapitolu REPowerEU.

      Il-pajjiżi talbu li jittrasferixxu għall-pjanijiet is-sehem tagħhom mir-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (BAR), f'konformità mar-regolament REPowerEU.

    • 14 ta' Lulju

      Aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali tal-Irlanda, Franza, Malta u s-Slovakkja

      Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza emendati tal-Irlanda, Franza, Malta u s-Slovakkja.

      Il-pjanijiet ta' Franza, Malta u s-Slovakkja issa jinkludu kapitolu REPowerEU ġdid, li ser jgħin biex titħaffef it-tranżizzjoni tal-pajjiżi lejn enerġija nadifa, provvisti tal-enerġija diversifikati u effiċjenza enerġetika mtejba.

      Il-pjan tal-Irlanda ġie aġġornat biex jintalab l-adattament tal-kalendarju għal ċerti miżuri. L-Irlanda ma talbitx iż-żieda ta' kapitolu REPowerEU, u għalhekk l-allokazzjoni tal-għotja tagħha tibqa' l-istess.

    • 16 ta' Ġunju

      Approvazzjoni tal-pjan nazzjonali emendat tal-Estonja

      Il-Kunsill adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni emendatorja dwar il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP) tal-Estonja.

      Din id-deċiżjoni tagħmel lill-Estonja l-ewwel pajjiż tal-UE b'kapitolu tar-REPowerEU fl-RRP nazzjonali tiegħu. Il-kapitolu ser jikkontribwixxi biex titħaffef it-tranżizzjoni tal-pajjiż lejn enerġija nadifa, diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u aktar effiċjenza enerġetika.

      Fid-9 ta' Marzu 2023, l-Estonja ppreżentat l-RRP nazzjonali modifikat tagħha – li jinkludi kapitolu REPowerEU li jammonta għal €83.4 miljun f'għotjiet – lill-Kummissjoni Ewropea. Il-pjan iqis ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata u jinkludi talba motivata lill-Kummissjoni biex temenda d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill ta' Ottubru 2021 peress li l-RRP, parzjalment, ma għadux jista' jitwettaq minħabba ċirkostanzi oġġettivi bħal inflazzjoni għolja, żidiet fil-kost mill-2021 'l hawn u tfixkil fil-katina tal-provvista. L-Estonja talbet ukoll li jiġu ttrasferiti €6.6 miljun mir-riżerva ta' aġġustament għall-Brexit, u b'hekk il-pjan modifikat jiġi jiswa €953 miljun.

L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Jannar 2025