"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Trasport aktar sikur

L-Unjoni Ewropea hija fost l-aktar reġjuni sikuri fid-dinja f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport. L-UE taħdem biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport permezz ta' taħlita ta' leġiżlazzjoni, finanzjament, koordinazzjoni, u għarfien espert tekniku.

Min jieħu ħsieb is-sikurezza tat-trasport fl-UE?

Is-sikurezza tat-trasport hija kompetenza kondiviża: filwaqt li l-UE tistabbilixxi l-qafas u l-istandards, l-awtoritajiet nazzjonali jimplimentaw u jinfurzaw ir-regoli. L-UE tippromwovi wkoll il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi.

L-istandards tas-sikurezza stabbiliti fil-livell tal-UE jiżguraw approċċ konsistenti madwar l-UE. L-istati membri jirrapportaw regolarment dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza, li jippermettu li jiġu traċċati x-xejriet, li jiġu identifikati problemi potenzjali u li l-politiki jiġu aġġustati kif xieraq.

Aġenziji speċjalizzati jipprovdu għarfien espert tekniku, jiġbru data u jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE għal kull mod ta' trasport. Dawn jinkludu:

  • l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA)
  • l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
  • l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)
  • il-Karta Ewropea dwar is-Sikurezza fit-Toroq

L-UE tipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju għal proġetti relatati mas-sikurezza permezz ta' strumenti bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u Orizzont Ewropa b'mod partikolari, kif ukoll permezz tal-Fond ta' Koeżjoni.

Il-politika tat-trasport skont il-mod

Tgħallem aktar dwar x'tagħmel l-UE dwar it-trasport bl-ajru, bil-ferrovija, bit-triq u dak marittimu.

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' April 2026