Skip to content
  • Aħbarijiet
  • 17 ta' Jannar 2022 10:52

Niċċelebraw 60 sena ta' politika agrikola komuni

L-2022 tfakkar is-60 anniversarju tal-politika agrikola komuni tal-UE. Biex niċċelebraw dan il-mument, ġbarna testimonjanzi mingħand il-bdiewa u l-benefiċjarji Ewropej.

F'nofs Jannar 1962, ġie ffirmat ir-regolament fundatur tal-politika agrikola komuni, li ta bidu għall-ewwel regoli komuni li qatt kien hemm dwar l-agrikoltura tal-UE. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-politika evolviet, billi adattat għal kundizzjonijiet u talbiet ġodda tas-suq, kif ukoll għal sfidi bħat-tibdil fil-klima.

Ta sittin, il-PAK tal-UE tappoġġa suq miftuħ għall-prodotti agroalimentari tal-Ewropa, li jipprovdi ikel ta' kwalità għolja u affordabbli liċ-ċittadini. Jgħin ukoll biex jinżammu wħud mill-ogħla standards ta' sikurezza u ambjentali fid-dinja għall-prodotti agroalimentari u jikkontribwixxi għal komunitajiet rurali vibranti.

Sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, is-settur agrikolu tal-UE wera r-reżiljenza tiegħu. L-UE malajr adattat xi regoli fi ħdan ir-regolamenti tal-PAK biex tagħti daqqa t'id lill-bdiewa f'diffikultà madwar l-UE, u adottat miżuri biex tissalvagwardja d-distribuzzjoni tal-ikel.
Dawn il-miżuri kienu kruċjali biex jiġi żgurat li l-bdiewa tal-UE jkunu jistgħu jkomplu jipproduċu ikel ta' kwalità, sikur u affordabbli, anke matul il-kriżi.

Grazzi għall-fondi tal-UE, stajna niżviluppaw ir-razzett tagħna. Il-fondi kienu wkoll inkoraġġiment għalina biex nibqgħu fil-kampanja. Milena Chodnicka, li flimkien ma' żewġha tmexxi razzett tal-ħalib fil-Polonja

Milena hija waħda mill-benefiċjarji tal-pagamenti diretti mill-PAK li għandhom l-għan li jappoġġaw lill-bdiewa fis-servizz pubbliku tagħhom bħala fornituri tal-ikel.

Għalija bħala bidwi żagħżugħ, speċjalment f'żona muntanjuża, huwa importanti ħafna li nirċievi finanzjament. Elisabeth Huber, bidwija żagħżugħa mill-Awstrija

11 % biss tal-azjendi agrikoli tal-UE huma mmexxija minn maniġer taħt l-età ta' 40 sena. Il-PAK tipprovdi appoġġ speċjali liż-żgħażagħ li jiddeċiedu li jibdew il-karriera tagħhom fis-settur tal-biedja.

L-approċċ LEADER huwa ta' benefiċċju għaż-żona lokali tagħna billi jipprovdi riżorsi finanzjarji konsiderevoli li jippermettu l-implimentazzjoni ta' proġetti ambizzjużi li l-muniċipalitajiet ma jkunux jistgħu jwettqu. Xavier Sohet, li jikkoordina grupp ta' azzjoni lokali bħala parti mill-azzjonijiet LEADER mill-fergħa tal-iżvilupp rurali tal-PAK

Sa mill-bidu tas-snin 2000, il-PAK inkludiet miżuri biex jinżammu u jiġu żviluppati żoni rurali fl-UE. L-appoġġ finanzjarju, kif ukoll l-istabbiliment ta' networks fil-livell tal-komunità li jsegwu l-approċċ LEADER, huma għodod essenzjali biex iż-żoni l-aktar remoti tal-Ewropa jibqgħu popolati, moqdija tajjeb u attraenti wkoll għat-turiżmu.

Illustrazzjoni: mara tgħannaq baqra, mara tiekol tuffieħa u raġel jaqta' xi ħaġa minn siġra.
Il-politika agrikola komuni tal-UE ilha tiżgura l-ikel għal ġenerazzjonijiet ta’ Ewropej sa mill-adozzjoni tagħha fl-1962.

L-aħħar reviżjoni: 11 ta' Jannar 2024