Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 1 ta' Ottubru 2015 13:00

Regoli dwar ir-roaming u l-internet miftuħ adottati mill-Kunsill

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill approva formalment regoli ġodda biex jintemmu t-tariffi tar-roaming bil-mowbajl fl-UE min-nofs l-2017. Il-liġi l-ġdida ser tinkludi wkoll l-ewwel dispożizzjonijiet madwar l-UE li jissalvagwardjaw aċċess miftuħ għall-internet.

Din il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ġiet adottata mingħajr diskussjoni fil-laqgħa tal-Kunsill Kompetittività. Il-Parlament Ewropew mistenni jadotta t-test matul is-sessjoni plenarja tiegħu tard f’Ottubru. Dan ser ifisser it-tmiem tal-proċedura fit-tieni qari.

Ir-regolament ser jidħol fis-seħħ tlitt ijiem wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE. Dan x'aktarx li jseħħ f’Novembru.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024