Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 18 riżultat
Trasport bit-triq
Skopri x'qed tagħmel l-UE biex tagħmel it-trasport bit-triq aktar kompetittiv, aktar ekoloġiku u aktar sikur.

Trasport bl-ajru
L-UE qed taħdem biex toħloq settur tat-trasport bl-ajru sikur, sostenibbli u kompetittiv.

Trasport konness aħjar
L-UE timmira li ttejjeb il-konnessjonijiet tat-trasport bejn il-pajjiżi billi tiffinanzja l-infrastruttura, tinkoraġġixxi vjaġġar aktar ekoloġiku u tiżgura li sistemi differenti jaħdmu tajjeb flimkien.

Protezzjoni tal-konsumatur: drittijiet tal-ivvjaġġar
Ir-regoli tal-UE jipproteġu lill-vjaġġaturi Ewropej fl-UE u barra minnha.

Lesti għall-Mira ta' 55%
Il-liġi Ewropea dwar il-klima tistabbilixxi bħala obbligu legali l-ilħuq tal-għan tal-UE dwar il-klima li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-UE b'mill-inqas 55% sal-2030. Il-pajjiżi tal-UE adottaw leġiżlazzjoni ġdida biex jilħqu dan l-għan u jagħmlu l-UE newtrali għall-klima sal-2050.

Assistenza tal-UE lill-Ukrajna: sigurtà u infrastruttura tal-enerġija
Minħabba l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE ħadet għadd ta' inizjattivi biex tappoġġa s-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna, kif ukoll is-setturi tat-trasport u l-konnettività tal-pajjiż.

Trasport aktar sikur
L-Unjoni Ewropea hija fost l-aktar reġjuni sikuri fid-dinja f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasport. L-UE taħdem biex tiżgura s-sikurezza tat-trasport permezz ta' taħlita ta' leġiżlazzjoni, finanzjament, koordinazzjoni, u għarfien espert tekniku.

Trasport aktar ekoloġiku
Huwa importanti li s-settur tat-trasport isir aktar sostenibbli sabiex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea timmira li tagħmel il-mobbiltà aktar sostenibbli filwaqt li tiżgura l-konnettività.

Trasport ferrovjarju
L-UE u l-istati membri tagħha qed jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw network ferrovjarju konness aħjar, sikur u sostenibbli.

Trasport marittimu
Skopri x'qed tagħmel l-UE biex tagħmel it-trasport marittimu aktar kompetittiv, aktar ekoloġiku u aktar sikur.
