"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Tibdil fil-klima: x'qed tagħmel l-UE

Il-pajjiżi tal-UE qed jaħdmu biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima u jiksbu n-newtralità klimatika sal-2050.

UE newtrali għall-klima sal-2050

Il-pajjiżi tal-UE huma legalment impenjati li jiġġieldu t-tibdil fil-klima billi jaqilbu għal ekonomija newtrali għall-klima b'emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050.

F'Diċembru 2019, il-mexxejja tal-UE mlaqqgħin fil-Kunsill Ewropew qablu dwar dan l-għan u aktar tard il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

L-objettiv jinbet mill-impenn għall-Ftehim ta' Pariġi, iffirmat u rratifikat mill-istati membri kollha tal-UE.

5 facts about the EU's goal of climate neutrality

5 facts about the EU's goal of climate neutrality

X'inhuma n-newtralità klimatika u l-emissjonijiet żero netti?

In-newtralità klimatika tfisser li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġġenerati mill-attività tal-bniedem, bħal dawk tad-diossidu tal-karbonju (CO2) kkawżati mill-ħruq ta' fjuwils fossili, jitnaqqsu ħafna fl-atmosfera sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda impatt fuq is-sistema tal-klima.

Għal dawk l-emissjonijiet li diffiċli jiġu eliminati jsir kumpens bl-assorbimenti tal-karbonju, fi kliem ieħor CO2 estratt mill-atmosfera jew b'mod naturali mill-veġetazzjoni jew b'mezzi mekkaniċi.

F'ekonomija newtrali għall-klima jkun hemm bilanċ ta' emissjonijiet żero netti.

X'inhi n-newtralità klimatika?

Kif il-pajjiżi tal-UE ser jiksbu n-newtralità klimatika

Sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, il-pajjiżi tal-UE ser ikollhom inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom drastikament, u jsibu modi kif jikkumpensaw għall-emissjonijiet inevitabbli li jifdal.

F'dawn l-aħħar snin u b'mod partikolari fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-UE stabbiliet għanijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha u adottat liġijiet biex jinkiseb dak it-tnaqqis.

L-għanijiet klimatiċi tal-UE

Hekk kif il-kriżi klimatika tmur għall-agħar u l-eventi tat-temp estrem qed isiru aktar frekwenti u severi, il-pajjiżi tal-UE stabbilew miri progressivament aktar ambizzjużi biexjiġi miġġieled it-tibdil fil-klima.

Fl-2008 intlaħaq l-ewwel qbil dwar għan klimatiku għall-UE kollha: dan stabbilixxa l-mira li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'20% sal-2020 meta mqabbla mal-1990. L-UE laħqet dan l-għan u qabżitu, u fl-2020 kisbet tnaqqis ta' 32%. Dan kien marbut ukoll mal-pandemija tal-COVID-19, iżda d-data turi li l-UE kienet diġà qabżet il-mira tagħha fl-2019 bi tnaqqis ta' 25%.

Fl-2014, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea laħqu qbil dwar mira li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'40% għall-2030. Fl-2023, l-UE żiedet l-ambizzjoni tagħha għall-mira tal-2030: bil-liġi Ewropea dwar il-klima, il-pajjiżi tal-UE issa huma legalment marbuta li jnaqqsu l-emissjonijiet b'mill-inqas 55% sal-2030.

F'Marzu 2026, wara ftehim mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill adotta l-liġi Ewropea dwar il-klima emendata, li tintroduċi mira klimatika intermedja vinkolanti għall-2040: tnaqqis ta' 90% fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Din il-mira l-ġdida hija pass kruċjali lejn l-għan fit-tul tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050. Billi hija regolament, il-liġi Ewropea dwar il-klima hija direttament applikabbli fl-istati membri kollha tal-UE.

Politika u liġijiet tal-UE dwar il-klima

Ħafna mill-politika reċenti tal-UE dwar il-klima hija riżultat tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Il-liġi Ewropea dwar il-klima hija l-att leġiżlattiv ewlieni fil-Patt Ekoloġiku billi tagħmel l-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 obbligu legali għall-istati membri kollha tal-UE.

Sett ewlieni ta' leġiżlazzjoni dwar il-klima huwa l-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%", li jinkludi diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni u jistabbilixxi r-regoli u l-miżuri biex jintlaħaq l-għan li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'mill-inqas 55% sal-2030.

Billi l-ilħuq ta' bilanċ ta' emissjonijiet żero netti jeħtieġ trasformazzjoni kbira tal-mudell ekonomiku attwali, il-politika dwar il-klima testendi għas-setturi ekonomiċi kollha. Dawn huma xi eżempji ta' miżuri li ttieħdu fil-qafas tal-liġi tal-UE.

Illustrazzjoni stilizzata taċ-ċirku ta' stilel tal-UE mdawra b'simboli tat-tranżizzjoni ekoloġika, fosthom turbina eolika, pannelli solari, siġar, fawna selvaġġa, għelejjel u tractor.

Patt Ekoloġiku Ewropew

Eżempji ta' miżuri klimatiċi

Spinta lill-enerġija rinnovabbli

Titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

Żieda fl-assorbiment tal-karbonju

Riforma u aktar skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet

Trasport isir aħjar għall-ambjent

Appoġġ lin-nies fil-bidla lejn ekonomija aktar ekoloġika

8 modi kif il-ħajja fl-UE qed issir aktar ekoloġika

Il-bidla lejn stil ta' ħajja aktar ekoloġiku hija kruċjali biex tiġi indirizzata l-emerġenza klimatika u titnaqqas id-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili, speċjalment dawk mir-Russja. L-UE u s-27 pajjiż tagħha qed jaħdmu fuq regoli komuni ġodda taħt il-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%" biex titnaqqas l-impronta tal-karbonju tal-UE. Ir-regoli l-ġodda kif ser isawru l-mod kif ngħixu, naħdmu u nivvjaġġaw? Aqra l-istorja tagħna għal xi eżempji ta' kif ser tkun il-ħajja fl-UE fl-2030.

Bini, turbina eolika, karozza elettrika u siġar

Progress lejn in-newtralità klimatika

Minn meta l-pajjiżi tal-UE laħqu qbil dwar l-ewwel miri klimatiċi, l-UE għamlet ħafna biex tnaqqas l-impatt tagħha fuq il-klima.

Fl-2024, l-UE kienet naqqset l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b'aktar minn 37% meta mqabbla mal-livelli tal-1990 (aktar minn 39% jekk jiġu esklużi l-avjazzjoni u t-tbaħħir internazzjonali).

Madankollu, l-emissjonijiet mhumiex qed jitnaqqsu bl-istess pass fis-setturi kollha. Filwaqt li l-emissjonijiet fit-trasport qed jiżdiedu, l-emissjonijiet huma sostanzjalment inqas f'setturi oħra meta mqabbla mal-1990, bl-industriji tal-enerġija fuq quddiem nett bi tnaqqis ta' 57%.

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE qed jonqsu

Iċ-ċart ta' hawn taħt turi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE skont is-settur f'biljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2, eskluż l-emissjonijiet mill-avjazzjoni u n-navigazzjoni internazzjonali u l-assorbimenti (bir tal-karbonju) mis-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF).

Verżjoni testwali

Ċart tal-erja li turi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE skont is-settur mill-1990 sal-2024 f'ekwivalenti ta' CO2. It-tnaqqis jew iż-żieda fl-emissjonijiet bejn l-1990 u l-2024 skont is-settur kienu kif ġej:

  • Agrikoltura: -26.3%
  • Industriji tal-enerġija: -57.3%
  • Proċessi industrijali: -41.5%
  • Manifattura u kostruzzjoni: -49.4%
  • Residenzjali u kummerċjali: -37.2%
  • Trasport: +18.7%
  • Skart: -41.6%

Ara wkoll

Persuni jżommu id xulxin bid-dinja fl-isfond. Stampa.

Azzjoni klimatika globali

Illustrazzjoni li turi pannelli solari, siġra u turbina eolika b'muniti fuq xulxin u kolonni sempliċi, li jirrappreżentaw investiment fl-enerġija rinnovabbli u fi proġetti li ma jagħmlux ħsara lill-klima.

Il-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-finanzjament għall-klima (f'biljuni ta' euro)

Lesti għall-Mira ta' 55%

L-aħħar reviżjoni: 12 ta' Ottubru 2026