COVID-19: appoġġ tal-UE lill-agrikoltura u s-sajd
Objettivi ewlenin:
• tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-ikel għaċ-ċittadini tal-UE
• appoġġ għar-rwol vitali tal-bdiewa u s-sajjieda
• l-adozzjoni ta' rispons koordinat tal-UE
• l-użu tar-riżorsi tal-Politika Agrikola Komuni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Prinċipji ewlenin:
• flessibbiltà fil-programmi eżistenti
• appoġġ finanzjarju dirett
• bini tar-reżiljenza, inkluż għal sfidi oħra (bħal dawk ambjentali)
Biex tiġi ffaċilitata l-provvista tal-ikel mal-Ewropa kollha:
• korsiji ħodor biex jitħalla għaddej l-ikel
• ħaddiema staġonali rikonoxxuti bħala ħaddiema kritiċi
Għall-bdiewa:
• avvanzi ogħla fil-pagamenti diretti (minn 50% għal 70%) xi pagamenti għall-iżvilupp rurali (minn 75% għal 85%)
• estensjoni ta' xahar għal applikazzjonijiet għal pagamenti
• għajnuna għall-ħżin privat għall-irtirar temporanju ta' prodotti sa 6 xhur
• self jew garanziji b'kundizzjonijiet favorevoli biex jiġu koperti spejjeż operazzjonali sa €200 000
• għajnuna mill-istat sa €800 000 għall-kumpaniji tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ikel u sa €120 000 għal kull azjenda agrikola
• assistenza ta' emerġenza minn fondi għall-iżvilupp rurali sa massimu ta' €7 000 għal kull bidwi sa €50 000 għal kull negozju żgħir
Miżuri oħra għas-settur:
• amministrazzjoni simplifikata u anqas verifiki fuq il-post
• derogi temporanji minn ċerti regoli tal-kompetizzjoni tal-UE
• flessibbiltà fi programmi ta' appoġġ għas-suq għal xi prodotti
• riorjentazzjoni tal-prijoritajiet ta' finanzjament taħt programmi eżistenti
Għas-sajjieda u l-produtturi tal-akkwakultura:
• appoġġ għas-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet tas-sajd (rata massima ta' kofinanzjament ta' 75% għas-sajjieda li jistadu bil-wieqfa u għal bastimenti ġodda)
• appoġġ għall-waqfien temporanju jew għat-tnaqqis tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-akkwakultura
• għajnuna għall-ħżin ta' prodotti u kundizzjonijiet aħjar biex jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta' ħżin
• aktar flessibbiltà fl-użu ta' fondi
• aktar simplifikazzjoni tal-proċeduri għal programmi operazzjonali
• kumpens possibbli mill-istati membri għal telf ekonomiku fir-reġjuni ultraperiferiċi
L-aħħar reviżjoni: 29 ta' Jannar 2025