"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Lejn Ewropa diġitali

Infografika: lejn Ewropa diġitali.

L-UE qed tinvesti f'kapaċitajiet diġitali strateġiċi u fl-applikazzjoni estensiva tat-teknoloġiji diġitali. Xi tfisser it-tranżizzjoni diġitali għas-soċjetà u l-ekonomija tal-Ewropa?

Il-valuri tal-UE fil-qalba tat-tranżizzjoni diġitali:

  • demokrazija
  • libertajiet fundamentali
  • drittijiet tal-bniedem
  • protezzjoni tad-data u privatezza
  • sigurtà u sikurezza
  • inklużività
  • trasparenza

Għaliex hu importanti li l-UE tinvesti fi proġetti diġitali ewlenin?

  • Isaħħu l-bażi ekonomika tal-UE
  • Isaħħu l-kompetittività globali tal-UE
  • Jiżguraw is-sovranità diġitali tal-UE
  • Iħaffu t-tranżizzjoni ekoloġika
  • Joħolqu l-impjiegi u jtejbu l-ħiliet diġitali
  • Itejbu l-ħajjiet taċ-ċittadini

Kif tkun l-Ewropa diġitali?


Networks

Konnettività veloċi tan-network, inkluż fibra ta' kapaċità għolja u 5G.

Sett ta' għodod għaċ-ċibersigurtà tal-5G, restrizzjonijiet fuq fornituri ta' riskju għoli ta' riżorsi essenzjali.

Żoni rurali

Veloċitajiet f'Gigabits fid-djar kollha, rurali jew fl-ibliet.

Biedja li tirrispetta l-ambjent: data dwar il-ħsad, iż-żrieragħ, u l-użu ta' fertilizzanti.

Industrija

Infrastruttura u ktajjen ta' valur: supercomputers u computing kwantistiku, mikroproċessuri, batteriji, robotika.

Servizzi tal-cloud siguri Ewropej: data maħżuna u pproċessata fl-Ewropa.

Bliet

Bliet intelliġenti: infrastruttura, servizzi pubbliċi u maniġġar tal-iskart.

Mobbiltà: vetturi u infrastruttura li jikkomunikaw, ipparkjar diġitali.

Ġewwa u barra d-dar

Effiċjenza fl-enerġija, grilji intelliġenti, Internet tal-Oġġetti (IoT).

Komunikazzjoni sigura: protezzjoni tad-data, kriptaġġ kontra theddid ċibernetiku.

Ħiliet u għarfien diġitali kontra r-riskju ta' theddid ċibernetiku.

Fl-iskola

Internet veloċi u affidabbli: aċċess għal riżorsi edukattivi diġitali.

Pjan edukattiv diġitali li jgħin lill-iskejjel jipprovdu tagħlim ta' kwalità mill-bogħod.

Kura tas-saħħa

Spazju tal-UE ta' data dwar is-saħħa: data għar-riċerka, reġistru tas-saħħa elettroniku Ewropew.

e-Saħħa: applikazzjonijiet ta' intelliġenza artifiċjali għad-dijanjosi u t-trattament.

Riċerka

Intelliġenza Artifiċjali (AI) investiment fir-riċerka, l-innovazzjoni, l-applikazzjoni.

Sigurtà

Aċċess għad-data għall-infurzar ġudizzjarju u l-infurzar tal-liġi.

Kummerċ

Traċċabbiltà tal-prodotti bis-saħħa tal-blockchain.

Negozji

Ħiliet ġodda u mtejba għall-ħaddiema speċjalisti fl-informatika, id-data u t-teknoloġija.

Ekonomija ċirkolari: kapaċità ta' tiswija u riċiklaġġ ta' apparat elettroniku.

Amministrazzjoni pubblika

e-gvern: aċċess għas-servizzi aktar rapidu, effiċjenti, konvenjenti u trasparenti.

Interoperabbiltà tad-data Ewropea.

Identità diġitali (e-ID): Identifikazzjoni elettronika pubblika sigura fl-UE kollha, servizzi diġitali transfruntiera.