"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Att dwar is-Servizzi Diġitali

Fid-19 ta' Ottubru 2022, il-Kunsill u l-Parlament iffirmaw l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA).

Id-DSA għandu l-għan li jipproteġi l-ispazju diġitali mit-tixrid ta' kontenut illegali, u li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-utenti.

Isegwi l-prinċipju li dak li huwa illegali offline jrid ukoll ikun illegali online u ser japplika għall-intermedjarji online kollha li jipprovdu servizzi fl-UE.

L-infografika dwar l-att dwar is-servizzi diġitali, li tiddeskrivi x'inhu l-kummerċ elettroniku u x-xiri online bl-għajnuna tal-istatistika tal-UE

X'inhu l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA)?

Id-DSA huwa parti essenzjali mill-aġenda diġitali tal-UE bil-għan li jinħoloq spazju diġitali sigur għaċ-ċittadini u għan-negozji.

Illum il-ġurnata, il-kummerċ elettroniku huwa xejra li mhix ser tieqaf. Fl-2021 intlaħaq stadju importanti bi stima ta' aktar minn 500 miljun persuna li għamlu użu mill-kummerċ elettroniku.

Il-kummerċ elettroniku fl-Unjoni Ewropea (2020):

Popolazzjoni: 447.7 miljun

Klijenti online: 73%

Bejgħ online biljuni (€) = 757 biljun

Statistika ta' kummerċ elettroniku għal kull pajjiż tal-UE

  • Ġermanja: (Popolazzjoni miljun persuna: 83.1) (% ta' użu tal-internet: 96) (% klijenti online: 88)
  • Franza: (Popolazzjoni miljun persuna: 67.3) (% ta' użu tal-internet: 94) (% klijenti online: 79)
  • Spanja: (Popolazzjoni miljun persuna: 47.3) (% tal-użu tal-internet: 94) (% klijenti online: 70)
  • Italja: (Popolazzjoni miljun persuna: 59.6) (% ta' użu tal-internet: 83) (% klijenti online: 59)
  • Żvezja: (Popolazzjoni miljun persuna: 10.3) (% ta' użu tal-internet: 97) (% klijenti online: 87)
  • Polonja: (Popolazzjoni miljun persuna: 37.9) (% ta' użu tal-internet: 87) (% klijenti online: 74)
  • In-Netherlands: (Popolazzjoni miljun persuna: 17.4) (% ta' użu tal-internet: 95) (% klijenti online: 93)
  • Awstrija: (Popolazzjoni miljun persuna: 8.9) (% ta' użu tal-internet: 90) (% klijenti online: 76)
  • Rumanija: (Popolazzjoni miljun persuna: 19.3) (% ta' użu tal-internet: 87) (% klijenti online: 54)
  • Belġju: (Popolazzjoni miljun persuna: 11.5) (% ta' użu tal-internet: 93) (% klijenti online: 80)
  • Finlandja: (Popolazzjoni miljun persuna: 5.5) (% ta' użu tal-internet: 97) (% klijenti online: 79)
  • Danimarka: (Popolazzjoni miljun persuna: 5.82) (% ta' użu tal-internet: 99) (% klijenti online: 91)
  • Iċ-Ċekja: (Popolazzjoni miljun persuna: 10.6) (% ta' użu tal-internet: 90) (% klijenti online: 85)
  • Litwanja: (Popolazzjoni miljun persuna: 2.7) (% ta' użu tal-internet: 84) (% klijenti online: 70)
  • Irlanda: (Popolazzjoni miljun persuna: 4.9) (% ta' użu tal-internet: 93) (% klijenti online: 85)
  • Portugall: (Popolazzjoni miljun persuna: 10.2) (% ta' użu tal-internet: 81) (% klijenti online: 60)
  • Greċja: (Popolazzjoni miljun persuna: 10.7) (% ta' użu tal-internet: 82) (% klijenti online: 63)
  • Slovenja: (Popolazzjoni miljun persuna: 2) (% ta' użu tal-internet: 89) (% klijenti online: 77)
  • Estonja: (Popolazzjoni miljun persuna: 1.3) (% ta' użu tal-internet: 93) (% klijenti online: 76)
  • Ungerija: (Popolazzjoni miljun persuna: 9.7) (% ta' użu tal-internet: 88) (% klijenti online: 73)
  • Slovakkja: (Popolazzjoni miljun persuna: 5.4) (% ta' użu tal-internet: 94) (% klijenti online: 68)
  • Bulgarija: (Popolazzjoni miljun persuna: 6.9) (% ta' użu tal-internet: 76) (% klijenti online: 47)
  • Kroazja: (Popolazzjoni miljun persuna: 4) (% ta' użu tal-internet: 81) (% klijenti online: 75)
  • Latvja: (Popolazzjoni miljun persuna: 1.9) (% ta' użu tal-internet: 91) (% klijenti online: 60)
  • Ċipru: (Popolazzjoni miljun persuna: 0.8) (% ta' użu tal-internet: 93) (% klijenti online: 60)
  • Lussemburgu: (Popolazzjoni miljun persuna: 0.6) (% ta' użu tal-internet: 99) (% klijenti online: 82)
  • Malta: (Popolazzjoni miljun persuna: 0.5) (% ta' użu tal-internet: 88) (% klijenti online: 76)

Ir-regoli l-ġodda ser jagħtu forma differenti lid-drittijiet u l-obbligi ta' fornituri ta' servizzi diġitali, utenti online, klijenti u utenti kummerċjali fl-UE, b'rispett tad-drittijiet u l-valuri fundamentali tal-UE.

Utenti tal-internet fl-UE (li għandhom bejn 16 u 74 sena fl-UE, 2020) li minnhom 73% jixtru online = 326.8 miljun klijenti online protetti.

L-objettivi tad-DSA huma li:

  1. joħloq ambjent aktar sikur online
  2. jiddefinixxi responsabbiltajiet ċari għal pjattaformi bħal swieq online u media soċjali
  3. jindirizza l-isfidi diġitali attwali, fosthom:
  • prodotti illegali, diskors ta' mibegħda u diżinformazzjoni
  • trasparenza tar-rapporti u s-sorveljanza għad-data

L-impatt mistenni tas-swieq diġitali f'ċifri:

  • żieda ta' 13.5% ta' konsumaturi transkonfinali = 12.7 miljun konsumaturi ġodda li jixtru online
  • l-SMEs jistgħu jiffrankaw €15.5 biljun fi spejjeż għal tranżazzjonijiet online
  • tnaqqis ta' bejgħ online ta' prodotti kontrafatti jista' jġib gwadann ta' konsum (l-użu ta' prodotti u servizzi fid-djar) ta' €2.8 biljun minn films, mużika u logħob, u €300 miljun oħra minn kotba diġitali
  • żieda fil-bejgħ annwali transkonfinali online ta' bejn €1.9 biljun u €6.6 biljun.

Xiri ta' prodotti online (UE, 2020) % ta' individwi li xtraw jew ordnaw prodotti jew servizzi fuq l-internet:

  • Mużika bħala CDs jew vinyl = 7%
  • Films jew sensiliet bħala DVD, Blu-ray = 8%
  • Kotba, rivisti jew gazzetti stampati = 27%
  • Ħwejjeġ, żraben jew aċċessorji = 63%

Għal aktar informazzjoni, żur: