"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni

Il-fond uniku ta' riżoluzzjoni huwa fond ta' emerġenza li jista' jintuża fi żminijiet ta' kriżi. Il-fond għandu l-għan li jipprevjeni li l-banek ifallu wara li jkunu ġew eżawriti għażliet oħra.

Il-fond huwa ffinanzjat mis-settur bankarju nnifsu. Il-banek kollha fil-21 pajjiż li huma membri tal-unjoni bankarja tal-UE jridu jħallsu tariffa annwali (imsejħa kontribuzzjonijiet) lill-fond. L-ammont li bank individwali jrid iħallas huwa bbażat fuq id-daqs u r-riskju.

Il-fond inbena tul perjodu ta' tmien snin, li beda fl-2016 u ntemm fl-2023. Dan seħħ permezz tal-ġbir flimkien tal-kontribuzzjonijiet miġbura fil-livell nazzjonali.

Infografika - Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni

Fond uniku ta' riżoluzzjoni: Żvilupp fuq medda ta' 8 snin

Il-fondi disponibbli għall-ewwel stadji fir-riżoluzzjoni tal-banek

  • S1 (2016): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 100%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 40%.
  • S2 (2017): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 60%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 60%.
  • S3 (2018): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 40%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 67%.
  • S4 (2019): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 33%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 73%.
  • S5 (2020): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 27%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 80%.
  • S6 (2021): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 20%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 87%.
  • S7 (2022): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 13%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 93%.
  • S8 (2023): Il-parti disponibbli mill-kompartiment nazzjonali proprju: 7%. Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 100%.
  • S9 (2024): Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha: 100%.

Użu tal-fond ta' riżoluzzjoni - 4 stadji

Ir-raba' sena (S4, 2019) qed tintuża bħala eżempju.

  • Stadju 1: Il-parti mill-kompartiment nazzjonali proprju hija 33%. Il-kompartimenti nazzjonali l-oħra kollha għadhom mhumiex disponibbli.
  • Stadju 2: Il-parti mill-kompartimenti nazzjonali kollha, inkluż dik tal-bank individwali proprju, hija 73%.
  • Stadju 3: Il-parti li jifdal mill-kompartiment nazzjonali proprju.
  • Stadju 4: Il-parti disponibbli mill-kompartimenti nazzjonali kollha hija disponibbli għat-trasferiment bejn il-kompartimenti.