- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 15/02/2016, 15 ta' Frar 2016
Riżultati ewlenin
Il-Presidenza ppreżentat il-programm ta’ ħidma u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd. Il-prijorità prinċipali hija l-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK).
Martijn Van Dam, Ministru Netherlandiż għall-Agrikoltura u President tal-Kunsill: "It-tema ċentrali tal-laqgħa informali tagħna tal-kunsill f'Mejju ser tkun 'Ikel tal-ġejjieni - il-ġejjieni tal-ikel'. Aħna ser niffukaw fuq il-PAK wara l-2020. Fit-30 sena li jmiss il-popolazzjoni tad-dinja ser tikber għal 9 jew forsi 10 biljun persuna. Kulħadd ser ikollu bżonn l-ikel u l-enerġija li għandhom jiġu prodotti b’mod li d-dinja u n-natura jkunu jistgħu jlaħħqu miegħu. Għandna ntejbu l-produzzjoni tal-ikel tagħna, mhux biss hawnhekk iżda wkoll madwar id-dinja. U neħtieġu aktar innovazzjoni, aktar sostenibbiltà.”
Diversi membri esprimew it-tħassib tagħhom u għamluha ċara li s-sitwazzjoni tas-suq għas-settur tal-ħalib u dak tal-laħam tal-majjal hija inkwetanti u jeħtieġ li tittejjeb b’mod urġenti. Smajna ideat interessanti dwar kif għandna nimxu ’l quddiem. Id-dibattitu tal-lum ser ikun il-bażi għad-diskussjoni formali dwar dan l-istess suġġett fil-laqgħa tal-kunsill ta’ Marzu. F’dik l-okkażjoni ser nivvalutaw il-miżuri attwali tas-suq, u niddeċiedu liema approċċ jista' jkun dak xieraq.” Martijn Van Dam, Ministru Netherlandiż għall-Agrikoltura u President tal-Kunsill
Agrikoltura
Matul il-kunsill il-Ministri ħadu kont tas-sitwazzjoni tas-suq agrikolu b’mod partikolari dwar id-diffikultajiet attwali fis-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal.
Martijn van Dam: “Diversi membri esprimew it-tħassib tagħhom u għamluha ċara li s-sitwazzjoni tas-suq għas-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal hija inkwetanti u jeħtieġ li tittejjeb b’mod urġenti. Smajna ideat interessanti dwar kif għandna nimxu ’l quddiem. Id-dibattitu tal-lum ser ikun il-bażi għad-diskussjoni formali dwar dan l-istess suġġett fil-laqgħa tal-kunsill ta’ Marzu. F’dik l-okkażjoni ser nivvalutaw il-miżuri attwali tas-suq, u niddeċiedu liema approċċ jista' jkun dak xieraq.”
Il-Kunsill kellu dibattitu dwar it-trattament xieraq tal-annimali fuq il-bażi ta’ dokument ta’ pożizzjoni imħejji mid-delegazzjoni Ġermaniża, Svediża, Daniża u dik Netherlandiża. Id-dokument jagħmel sejħa biex tiġi stabbilita pjattaforma tal-UE dwar it-trattament xieraq tal-annimali għall-partijiet ikkonċernati u għall-awtoritajiet kompetenti. B’mod ġenerali, il-kunsill appoġġa l-istabbiliment ta’ Pjattaforma tal-UE. Xi Stati Membri nnotaw li, fid-dawl tal-livell għoli tal-istandards tal-UE bħalissa għat-trattament xieraq tal-annimali, għandu jiġi żgurat trattament ugwali għall-produtturi tal-UE kif ukoll għal dawk li mhumiex fl-UE, u li għandha tingħata prijorità biex jitjieb l-infurzar tal-leġislazzjoni eżistenti.
Il-ministri ġew infurmati wkoll mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-kwistjonijiet ta’ kummerċ agrikolu internazzjonali u l-iżvilupp ta’ strateġija fit-tul għar-riċerka agrikola.
Sajd
Ġiet ippreżentata lill-Kunsill proposta dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot esterni tas-sajd. L-għan tal-proposta huwa li tiġi mmodernizzata l-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija kemm lill-bastimenti tal-UE biex jistadu barra mill-ilmijiet tal-UE, kif ukoll lill-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi biex jaħdmu fl-ilmijiet tal-UE. L-istati membri appoġġaw il-kontribut li tista' tagħti l-proposta fil-ġlieda kontra s-sajd illegali. Madankollu, diversi stati membri esprimew tħassib rigward il-piż amministrattiv li tista’ ġġib magħha l-proposta.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Programm indikattiv - Kunsill Agrikoltura u Sajd, 15 ta' Frar 2016
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 15 ta' Frar 2016
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 15 ta' Frar 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Lista ta' partiċipanti
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025