Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 17/05/2016, 17 ta' Mejju 2016

Kif tafu l-agrikoltura hija waħda mill-kawżi tal-problema, responsabbli għal 10% tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, iżda l-agrikoltura tista’ tkun ukoll parti mis-soluzzjoni.” Martijn van Dam, ministru għall-agrikoltura Netherlandiż u President tal-Kunsill

Riżultati ewlenin

Agrikoltura u klima 

Il-Kunsill iddiskuta r-relazzjoni bejn l-agrikoltura u l-klima, fid-dawl tar-riżultat tal-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima ta’ Diċembru 2015. Id-diskussjoni ffokat b’mod partikolari fuq ir-rwol tal-agrikoltura fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-kontribut possibbli tal-biedja u s-settur tal-użu tal-art (LULUCF) għall-implimentazzjoni tal-miri tal-UE fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u għat-tranżizzjoni lejn bijoekonomija.

Il-ministri taw il-fehmiet tagħhom dwar il-qafas leġislattiv il-ġdid li għall-ewwel darba ser jinkludi l-agrikoltura fil-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Huma enfasizzaw l-importanza tal-karatteristiċi speċifiċi tal-agrikoltura u r-rwol tagħha fil-kisba ta’ għanijiet bħas-sigurtà tal-ikel.

Martijn van Dam, ministru għall-agrikoltura Netherlandiż u President tal-Kunsill, qal: “Kif tafu l-agrikoltura hija waħda mill-kawżi tal-problema, responsabbli għal 10% tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, iżda l-agrikoltura tista’ tkun ukoll parti mis-soluzzjoni.”

Trattament xieraq tal-annimali 

Il-Kunsill iddiskuta l-kwistjoni tat-trattament xieraq tal-annimali, u ffoka fuq ir-riżultati tal-istħarriġ reċenti mill-Ewrobarometru tal-opinjoni pubblika dwar it-trattament xieraq tal-annimali u fuq it-twaqqif tal-pjattaforma tal-UE għat-trattament xieraq tal-annimali. B’mod ġenerali l-ministri appoġġaw it-twaqqif tal-pjattaforma tal-UE għat-trattament xieraq tal-annimali.

Martijn van Dam, ministru għall-agrikoltura Netherlandiż u President tal-Kunsill, qal: “It-trattament xieraq tal-annimali huwa kwistjoni ta’ tħassib għall-Kummissjoni Ewropea, l-istati membri u l-konsumaturi u s-soċjetà inġenerali. Nieħu pjaċir nisma’ li l-Kummissjoni Ewropea qed tieħu dan bis-serjetà billi tistabbilixxi l-pjattaforma, biex b’hekk il-problemi f’dan il-qasam ikunu jistgħu jiġu indirizzati flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-NGOs. Sadanittant jien u l-kollegi tiegħi ser ninsistu fuq strateġija ġdida għat-trattament xieraq tal-annimali fil-livell tal-UE.”

Is-sitwazzjoni tas-suq

F’konformità mal-impenn tiegħu li jsegwi s-sitwazzjoni tas-suq mill-qrib, il-Kunsill ġie infurmat mill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi fis-setturi agrikoli prinċipali. Barra minn hekk il-Kummissjoni rrapportat dwar l-implimentazzjoni u l-użu tal-pakkett ta’ miżuri ta’ appoġġ għas-suq li kien qabel dwaru l-Kunsill ta’ Marzu. Il-biċċa l-kbira tal-ministri esprimew tħassib dwar id-diffikultajiet li għad għandhom il-bdiewa Ewropej u talbu għal intervent aktar deċiżiv. Fil-Kunsill ta’ Ġunju l-ministri ser jevalwaw bir-reqqa l-miżuri li hemm fis-seħħ.

Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-kwistjoni tan-negozjati kummerċjali internazzjonali u l-impatt potenzjali tal-ftehim ekonomiku u kummerċjali komprensiv mal-Kanada (CETA), is-sħubija trans-Atlantika ta’ kummerċ u ta’ investiment mal-Istati Uniti (TTIP) u ftehim mal-Mercosur dwar l-agrikoltura Ewropea. Il-ministri talbu għal fehim aħjar tal-vantaġġi u r-riskji marbuta ma’ dawn il-ftehimiet u ħeġġew lill-Kummissjoni biex tħares il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea.

Streaming dirett, filmati u ritratti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025