- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 18/07/2016, 18 ta' Lulju 2016
Riżultati ewlenin
Il-Presidenza ppreżentat il-programm ta’ ħidma u l-prijoritajiet tagħha fl-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd. Waħda mill-prijoritajiet prominenti ser tkun it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista u li tiżdied it-trasparenza fir-relazzjonijiet bejn atturi differenti tal-katina. Din ser tkun it-tema prinċipali tal-laqgħa informali tal-ministri għall-agrikoltura, li għandha ssir f'Bratislava fil-11-13 ta' Settembru 2016.
Is-sitwazzjoni tas-suq u miżuri ta' appoġġ
Il-Kunsill ġie aġġornat dwar l-aħħar żviluppi fis-setturi ewlenin tal-agrikoltura u dwar is-sitwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ għas-suq maqbulin preċedentement.
B'reazzjoni għat-tnaqqis kontinwu fir-ritmu tas-suq, u għat-tħassib espress b'mod qawwi mill-ministri, il-Kummissjoni ppreżentat it-tielet pakkett ta' miżuri ta' appoġġ b'valur ta' €500 miljun indirizzat prinċipalment lis-settur tal-prodotti tal-ħalib, iżda wkoll lis-settur tal-bhejjem. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jindirizzaw il-kriżi billi jistabbilixxu l-produzzjoni u, indirettament, il-prezzijiet, u jipprovdu likwidità lill-bdiewa.
€150 miljun ser jitqassmu permezz ta' miżura fl-UE kollha lil dawk il-bdiewa li volontarjament jiddeċiedu li jnaqqsu l-konsenji tal-prodotti tal-ħalib tagħhom, u b'hekk jgħinu biex fis-suq jerġa' jinkiseb bilanċ bejn id-domanda u l-provvista. Barra minn hekk, €350miljun ser isiru disponibbli b'mod rapidu permezz ta' pakketti finanzjarji nazzjonali biex jgħinu lill-produtturi jiffaċċjaw problemi tal-likwidità. Din l-għajnuna ser tkun bil-kondizzjoni li jiġu rispettati ċerti impenji. Ser tingħata attenzjoni speċjali lill-bdiewa żgħar. L-istati membri ser ikollhom flessibbiltà massima fl-użu ta' dawn il-fondi biex jappoġġaw lil setturi vulnerabbli tal-bhejjem, u wkoll biex ikunu jistgħu jipprovdu żidiet nazzjonali sa 100%.
Elementi oħra tal-pakkett jinkludu: rieżami tal-ftehimiet ta' appoġġ akkopjat volontarju għas-settur tal-prodotti tal-ħalib, estensjoni tal-intervent pubbliku u l-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat, pagamenti bil-quddiem bikrin u miżjudin mingħajr il-ħtieġa li jitwettqu verifiki fuq il-post, u aktar prezzijiet ta' rtirar għall-frott u l-ħaxix.
Illum huwa jum importanti. Qbilna dwar soluzzjonijiet biex ngħinu lill-bdiewa Ewropej jiffaċċjaw id-deterjorazzjoni kontinwa ta' ħajjithom ikkawżata mit-tnaqqis fir-ritmu tas-suq u l-prezzijiet volatili. Gabriela Matečná, Ministru għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tas-Slovakkja
Il-ministri appoġġaw b'mod ġenerali l-pakkett ippreżentat mill-Kummissjoni u xi wħud enfasizzaw l-importantza li tinżamm l-orjentazzjoni tas-suq tal-PAK u li jiġu indirizzati żbilanċi strutturali tas-suq fuq perjodu medju u fit-tul.
Is-Sinjura Gabriela Matečná, Ministru għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tas-Slovakkja u President tal-Kunsill, qalet: "Illum huwa jum importanti. Qbilna dwar soluzzjonijiet biex ngħinu lill-bdiewa Ewropej jiffaċċjaw id-deterjorazzjoni kontinwa ta' ħajjithom ikkawżata mit-tnaqqis fir-ritmu tas-suq u prezzijiet volatili. Dan il-pakkett ta' miżuri ta' appoġġ b'valur ta' €500 miljun jikkonferma l-importanza kruċjali tal-agrikoltura għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej b'mod ġenerali, u jaqbel bis-sħiħ mal-orjentazzjoni tas-suq tal-PAK."
Kwistjonijiet relatati mal-kummerċ internazzjonali ta' prodotti agrikoli
Il-Kunsill iddiskuta wkoll il-kwistjoni ta' ftehimiet internazzjonali ta' kummerċ ħieles u l-impatt potenzjali ta' negozjati li għaddejin bħalissa dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi rigward l-agrikoltura Ewropea.
L-UE espandiet aktar il-kummerċ agrikolu fix-xhur reċenti, filwaqt li kkonfermat il-pożizzjoni tagħha bħala l-operatur ewlieni tas-suq tad-dinja, u attwalment qed taħdem fuq ftehimiet ambizzjużi ta' kummerċ ħieles ma' atturi internazzjonali ewlenin - pajjiżi u reġjuni. Ħafna ministri indikaw il-ħtieġa għal ftehimiet internazzjonali bilanċjati fir-rigward tal-agrikoltura.
Ekoloġizzazzjoni u simplifikazzjoni
Il-Kunsill ġie informat mill-Kummissjoni dwar l-eżitu tar-rieżami tagħha tad-dispożizzjonijiet tal-ekoloġizzazzjoni tal-PAK. Abbażi ta' konsultazzjoni pubblika, ir-reviżjoni tanalizza l-esperjenza miksuba mill-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzoni fl-istati membri. Hija tiddeskrivi wkoll il-passi li jmiss fis-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni.
Fid-dibattitu sussegwenti l-ministri esprimew fehmiethom dwar l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni, prinċipalment dwar atti delegati u ta' implimentazzjoni, u tennew l-importanza ta' simplifikazzjoni ġenwina li tnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-amministraturi pubbliċi.
Il-presidenza ser tgħaddi l-messaġġi prinċipali dwar l-ekoloġizzazzjoni lill-Kummissjoni f'ittra li tippreżenta fil-qasir l-elementi ewlenin imqajma mill-istati membri.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- List of A items, non-legislative activities, Agriculture and Fisheries Council, 18 July 2016
- Programm indikattiv - Kunsill Agrikoltura u Sajd, 18/07/2016
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 18 ta' Lulju 2016
- Lista ta’ parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
- Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Indoneżja: Bidu ta' negozjati
- 18/07/2016
- Kwalità tal-arja aħjar għall-Ewropej: isiru liġi l-limiti tal-emissjonijiet aktar stretti għal magni b'kombustjoni mhux tat-triq
- 18/07/2016
- Siti web u apps aċċessibbli għal kulħadd: Il-Kunsill jadotta l-ewwel regoli għall-UE kollha
- 18/07/2016
- Tonna: Il-Kunsill jaqbel dwar l-aġġornament tal-pjan pluriennali għall-irkupru
- 18/07/2016
- Il-ġlieda kontra l-pesti tal-pjanti: miżuri ġodda adottati mill-Kunsill
- 18/07/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025