- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 19/03/2018, 19 ta' Marzu 2018
Riżultati ewlenin
Agrikoltura
Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Matul id-dibattitu, għadd kbir ta' stati membri esprimew l-appoġġ tagħhom għall-konklużjonijiet tal-presidenza dwar il-komunikazzjoni. Dawn il-konklużjonijiet huma maħsuba biex jagħtu kontribut pożittiv lid-dibattitu li għandu jwassal għat-tfassil ta' proposti leġislattivi dwar il-PAK futura.
Il-messaġġ ewlieni mid-dibattitu tal-lum huwa b'saħħtu u ċar: nixtiequ Politika Agrikola Komuni futura li tħares ’il quddiem, tkun effikaċi u ġusta. PAK li tagħti benefiċċji tanġibbli lill-bdiewa u ċ-ċittadini kollha tal-UE. Rumen Porodzanov, ministru għall-agrikoltura, l-ikel u l-forestrija tar-Repubblika tal-Bulgarija u president tal-Kunsill
Il-politika agrikola komuni (PAK) (Infografika)
Sajd
Pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Punent tal-Baħar Mediterran
Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta tagħha għal pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Punent tal-Baħar Mediterran. Il-proposta tinkludi miżuri ta' ġestjoni għal sitt stokkijiet demersali, bil-għan li tgħin l-irkupru tagħhom u tiżgura l-isfruttament sostenibbli tagħhom fil-futur.
- Proposta għal Regolament dwar il-pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali tal-Baħar fil-Mediterran tal-Punent
- Annessi għall-Proposta għal Regolament dwar il-pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali tal-Baħar fil-Mediterran tal-Punent
- Pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali (informazzjoni ġenerali)
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ġew informati wkoll dwar:
- id-dikjarazzjoni konġunta tal-Estonja, il-Latvja, l-Litwanja u l-Polonja dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja"
- l-istat ta' ratifika u traspożizzjoni ta’ strumenti internazzjonali rigward il-kondizzjonijiettax-xogħol u s-sikurezza abbord bastimenti tas-sajd
- id-dikjarazzjoni konġunta ta' ħdax-il stat membru dwar l-iżvilupp ta' akkwakultura tal-ilma ħelu fl-UE wara l-2020
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025