- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 18/06/2018, 18 ta' Ġunju 2018
Riżultati ewlenin
Illum kellna diskussjonijiet kruċjali dwar il-futur tal-agrikoltura u s-sajd tagħna. Fis-snin li ġejjin iż-żewġ setturi ser ikollhom mhux biss jiżguraw is-sigurtà alimentari għall-Ewropa iżda wkoll jaffaċċjaw l-isfidi tas-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u t-tiġdid ġenerazzjonali. Il-Kunsill irid jiżgura li ż-żewġ setturi jkunu mgħammra bl-għodda u r-riżorsi finanzjarji t-tajba biex jaffaċċjaw dawn l-isfidi. Rumen Porodzanov, ministru għall-agrikoltura, l-ikel u l-forestrija tar-Repubblika tal-Bulgarija u president tal-Kunsill.
Sajd
Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (EMFF) ġdid b'valur ta' €6.14 biljun għall-investiment fl-ekonomija marittima u għall-appoġġ tal-komunitajiet tas-sajd, u l-ministri kellhom l-opportunità li jirreaġixxu għall-proposta. Il-ministri laqgħu l-proposta u identifikaw is-simplifikazzjoni u l-flessibbiltà reali għall-istati membri bħala kwistjonijiet ewlenin.
Kontroll tas-sajd
Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta tagħha li tissimplifika u ttejjeb il-miżuri eżistenti dwar il-kontroll tas-sajd. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura konformità sħiħa mal-Politika Komuni tas-Sajd u li jinkisbu l-objettivi tagħha.
Fl-interventi tagħhom, il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa li tkun simplifikata s-sistema attwali mingħajr piż amministrattiv addizzjonali u semmew il-possibbiltà li jinkiseb appoġġ finanzjarju għas-soluzzjonijiet elettroniċi fil-proposta.
Opportunitajiet tas-sajd għall-2019
Il-Kunsill ingħata informazzjoni dwar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019.
B'mod ġenerali l-istati membri laqgħu l-komunikazzjoni iżda enfasizzaw id-diffikultajiet marbuta mal-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu ta' ħatt l-art, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispeċi bi kwota limitanti, u l-vulnerabbiltà tas-sajd fuq skala żgħira minkejja t-titjib ġenerali fil-prestazzjoni ekonomika.
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd tagħti bidu għall-eżerċizzju annwali tal-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-kwoti nazzjonali għas-sena ta’ wara. It-TACs għall-Baħar Baltiku ser jiġu stabbiliti f'Ottubru, għall-ispeċi tal-baħar fond f'Novembru, għall-Baħar tat-Tramuntana f'Diċembru 2018.
Agrikoltura
Pakkett ta’ riforma tal-PAK ta’ wara l-2020
Il-Kunsill kellu l-opportunità tal-ewwel skambju ta' fehmiet formali dwar il-proposti tal-Kummissjoni għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2020. Il-proposti, ippreżentati fl-1 ta' Ġunju, jiddeskrivu mudell tal-implimentazzjoni ġdid għall-PAK fejn l-istati membri jkollhom aktar flessibbiltà biex ifasslu d-deċiżjonijiet tagħhom stess u jadattawhom għaċ-ċirkostanzi lokali.
Il-ministri laqgħu diversi elementi tal-proposti iżda esprimew tħassib dwar it-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għall-baġit tal-PAK b'mod ġenerali u għall-iżvilupp rurali b'mod partikolari, u kienu xettiċi fir-rigward tal-kapaċità tal-PAK il-ġdida li tikseb simplifikazzjoni ġenwina għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-bdiewa. Matul id-dibattitu l-ministru kienu infurmati wkoll dwar memorandum dwar il-baġit għall-PAK fil-kuntest tal-QFP li jmiss iffirmat minn bosta stati membri u dwar id-disponibbiltà dejjem inqas tal-ilma għall-agrikoltura f'Ċipru.
Sitwazzjoni tas-suq
Il-Kummissjoni aġġornat lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fl-aktar swieq agrikoli importanti, b'mod partikolari s-suq tas-settur tal-ħalib, is-suq taz-zokkor u dak tal-laħam tal-majjal.
Il-ministri laqgħu s-sitwazzjoni u l-prospetti ekonomiċi ġeneralment pożittivi fis-setturi ewlenin tas-suq, iżda esprimew ukoll it-tħassib tagħhom fir-rigward tas-sitwazzjoni diffiċli fis-settur tal-laħam tal-majjal fil-Polonja u fl-UE inġenerali, il-livell għoli b'mod persistenti tal-ħażniet ta' intervent tal-UE tat-trab tal-ħalib xkumat, u d-dazji tal-importazzjoni imposti reċentement mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti fuq iż-żebbuġ tal-mejda Spanjol.
Suġġetti oħra fl-aġenda
Il-ministri kienu infurmati wkoll dwar diversi suġġetti:
- il-parir tal-ICES dwar l-effetti ekoloġiċi u ambjentali tas-sajd bl-impulsi elettriċi fil-Baħar tat-Tramuntana
- il-protezzjoni tan-naħal u ta' pollinaturi oħra
- l-inizjattiva BIOEAST fil-qasam tal-agrikoltura, l-akwakultura u l-forestrija bbażati fuq l-għarfien fil-bijoekonomija
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- Prijoritajiet tal-UE fl-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU: Konklużjonijiet tal-Kunsill
- 18/06/2018
- L-organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku: Il-Kunsill jadotta regoli ġodda
- 18/06/2018
- Is-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana: Il-Kunsill jadotta pjan ta’ ġestjoni pluriennali
- 18/06/2018
- Konvenzjoni ta' Aarhus: Id-deċiżjoni tal-Kunsill sabiex isaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali
- 18/06/2018
- Annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol: L-UE testendi s-sanzjonijiet b’sena
- 18/06/2018
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025