"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 12 u 13 ta' Diċembru 2021

Riżultati ewlenin

Sajd

Opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku, fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2022

Matul il-laqgħa ta' jumejn, l-istati membri ħadu sehem f'konsultazzjonijiet trilaterali biex jiddeterminaw l-opportunitajiet tas-sajd għall-maġġoranza tal-istokkijiet kummerċjali fl-ilmijiet tal-UE u mhux tal-UE, fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom ikomplu t-Tnejn filgħaxija sakemm jintlaħaq ftehim politiku finali dwar id-drittijiet tas-sajd għall-2022.

F'Diċembru ta' kull sena, il-Kunsill Agrikoltura u Sajd jiltaqa' biex jistabbilixxi l-limiti ta' qbid tas-sena ta' wara – magħrufa wkoll bħala qabdiet totali permissibbli (TACs) – għall-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-ħut kummerċjali, flimkien ma' kwoti nazzjonali għal kull speċi bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut u tas-settur tas-sajd tal-UE, kif ukoll id-dimensjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali tas-sajd. L-istokkijiet ikkonċernati huma dawk li l-UE timmaniġġa waħedha, b'mod konġunt ma' pajjiżi ġirien li mhumiex fl-UE, jew permezz ta' ftehimiet milħuqa taħt l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs).

Id-deċiżjoni tal-Kunsill hija bbażata fuq proposta mfassla mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li tqis l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd (PKS) u r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) stabbiliti għal kull speċi.

Agrikoltura

Pjan ta' kontinġenza għal kriżijiet għas-sigurtà tal-ikel

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-pjan ta' kontinġenza tal-Kummissjoni Ewropea għall-iżgurar tal-provvista tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fi żminijiet ta' kriżi. L-għan tal-pjan huwa t-tħejjija għal sfidi futuri potenzjali inkluż avvenimenti estremi tat-temp, kwistjonijiet tas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali, u nuqqas ta' kontributi ewlenin bħall-fertilizzanti, l-enerġija u x-xogħol. Il-ministri laqgħu l-inizjattiva u rrikonoxxew l-importanza li wieħed jibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19. B'mod partikolari huma enfasizzaw l-importanza li tinżamm il-mobbiltà transkonfinali tal-persuni, l-oġġetti u l-kapital, inkluż matul żminijiet ta' kriżi.

Prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel

Kien hemm dibattitu politiku dwar il-kwistjoni tal-prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) fil-katina tal-provvista tal-ikel tal-UE. Id-diskussjoni ffukat b'mod partikolari fuq żewġ għodod ewlenin fil-livell tal-UE għall-ġlieda kontra l-UTPs fl-agrikoltura: Id-Direttiva (UE) 2019/633 u l-miżuri stabbiliti bħala parti mill-politika agrikola komuni. Abbażi tal-esperjenzi tagħhom fil-livell nazzjonali, il-ministri qasmu l-perspettivi tagħhom dwar l-effettività ta' dawn l-għodod fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista.

Infografika - l-iffissar ta' kwoti u limiti tal-qbid

L-iffissar ta' kwoti u limiti tal-qbid (Infografika)

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-Kunsill irċieva informazzjoni mill-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati fuq ir-regolament dwar il-kontroll tas-sajd u l-inizjattiva BIOEAST; din tal-aħħar kienet ukoll is-suġġett ta' dikjarazzjoni kondiviża mid-delegazzjoni Ungeriża f'isem il-11-il stat membru tal-BIOEAST. Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar ir-regolament propost dwar prodotti mingħajr deforestazzjoni u modi biex tittejjeb l-effettività tal-investiment pubbliku taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura. Punti oħra mqajma mill-istati membri kienu jinkludu fratturi tal-għadam tal-karina f'tiġieġ tal-bajd (id-Danimarka), is-sostenibbiltà fil-katina tal-provvista tal-ikel (is-Slovakkja), l-esportazzjonijiet agroalimentari lejn iċ-Ċina (il-Litwanja), iż-żieda fil-prezzijiet għall-inputs agrikoli (Spanja), il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, u kwistjonijiet fis-settur tal-laħam tal-majjal (it-tnejn iċ-Ċekja).

Punti A

Il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Statistika dwar il-biedja

Il-ministri adottaw emenda għar-Regolament (UE) 2018/1091 fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli skont il-qafas finanzjarju 2021-2027. Dan ir-regolament għandu l-għan li jiżgura li jiżdied l-appoġġ finanzjarju lill-istati membri biex jiġbru d-data dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli, billi jiffissa l-pakketti finanzjarji relatati għall-perjodu 2021-2027.

Atti delegati skont il-politika agrikola komuni 2021-2027

Il-Kunsill ikkonferma l-intenzjoni tiegħu li ma jqajjimx oġġezzjonijiet għal żewġ atti delegati li jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-politika agrikola komuni (PAK) riformata. L-ewwel att jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta' intervent speċifikati mill-istati membri fil-pjanijiet strateġiċi u r-regoli tal-PAK tagħhom dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT). It-tieni att jistabbilixxi regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025