Skip to content

Natura u bijodiversità

Skopri x'tagħmel l-UE biex tipproteġi n-natura, tirrestawra l-ekosistemi u treġġa' lura t-telf tal-bijodiversità.

In-natura m'għandhiex fruntieri, għalhekk il-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien biex jippreservaw il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet u l-ħabitats tagħhom.

Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li jippreservaw l-ambjent u l-organiżmi selvaġġi billi jipproteġu ż-żoni naturali u jirkupraw l-ekosistemi degradati.

Ambjent naturali b'ċerv żgħar, ħut u għasafar.

Kif l-UE tippreserva n-natura

Id-direttivi tal-UE dwar l-għasafar u l-ħabitats jissalvagwardjaw l-ispeċijiet u l-ħabitats tagħhom billi jistabbilixxu żoni protetti u pjanijiet ta' konservazzjoni.

Speċijiet uniċi Ewropej, bħal-linċi tal-Iberja, ġew salvati mill-estinzjoni grazzi għal miżuri finanzjati mill-UE.

Il-liġi dwar ir-restawr tan-natura hija l-ewwel sett ta' regoli tal-UE ffukati fuq l-irkupru tan-natura.

Il-pajjiżi tal-UE ser ikollhom jistabbilixxu miżuri ta' restawr effettivi għal mill-inqas 20% tal-art u l-ibħra tal-UE sal-2030 u għall-ekosistemi degradati kollha sal-2050.

Is-salvagwardja tal-ħabitats, l-ekosistemi u l-ispeċijiet

Bijodiversità

Id-diversità tal-ħajja hija kruċjali għal ekosistemi li jiffunzjonaw tajjeb. Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li jwaqqfu t-telf tal-bijodiversità u jżidu l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet.

Pollinaturi

In-naħal u speċijiet oħra huma responsabbli għad-dakkir tal-fjuri, li huwa kruċjali għat-tkabbir tal-għelejjel. L-UE trid treġġa' lura t-tnaqqis fid-dakkara bħan-naħal u l-għasafar.

Foresti

Il-foresti jassorbu 10% tal-emissjonijiet tal-UE kull sena. L-UE trid issaħħaħ il-foresti u l-bijodiversità tagħhom biex tgħin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Ilma u xmajjar

Hemm fis-seħħ miżuri tal-UE biex jitnaqqas it-tniġġis fl-ilma tal-wiċċ u ta' taħt l-art. L-UE trid tneħħi l-ostakli fix-xmajjar biex ittejjeb is-saħħa tal-ekosistema.

Art agrikola

70% tal-ħamrija fl-UE mhix f'saħħitha. L-UE għandha l-għan li tnaqqas it-tniġġis fil-ħamrija u li l-agrikoltura dejjem aktar ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

Żoni urbani

Is-siġar fl-ibliet huma kruċjali għall-mitigazzjoni tas-sħana. Il-miżuri tal-UE għandhom l-għan li jiżguraw li l-bliet ikunu aktar ekoloġiċi u għalhekk aktar abitabbli.

X'inhu l-istat tan-natura llum?

L-aktar valutazzjoni reċenti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tagħti stampa allarmanti tan-natura.

15% biss tal-ħabitats fl-UE jinsabu f'kundizzjoni tajba u l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet qed jonqsu. Id-dakkara, bħall-friefet u n-naħal, huma partikolarment affettwati.

Tlett ifriefet: l-ewwel wieħed griż u t-tnejn l-oħra blu.

Il-protezzjoni tan-natura lil hinn mill-fruntieri tal-UE

L-UE hija attiva wkoll fil-livell internazzjonali fil-protezzjoni tan-natura.

Hija parti għal konvenzjonijiet multilaterali, bħall-konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika (KDB), li tistabbilixxi regoli globali għall-konservazzjoni tal-bijodiversità, u l-konvenzjoni dwar il-kummerċ internazzjonali fl-ispeċijiet fil-periklu (CITES), li tiġġieled kontra l-kummerċ illegali.

Għaliex is-salamandri huma importanti għalik

Is-salamandri jaf jidhru bħala kreaturi insinifikanti li jgawdu joqogħdu jduru f'ambjenti umdi. Madankollu, dawn għandhom rwol fundamentali fil-funzjonament tajjeb tal-ekosistemi, u fl-aħħar mill-aħħar huma vitali għall-benesseri tagħna stess u għall-ekonomija.

Salamandra.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Collage li fih bidwi qed jieħu ħsieb pjanti f'għalqa, imdawwar b'kaboċċi, tiġieġ, u qoffa tadam misjur.
Biedja organika

Biedja organika

Ir-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-foresti

Ir-reżiljenza tal-foresti u l-protezzjoni tal-foresti

Ekoloġizzazzjoni tal-agrikoltura

Ekoloġizzazzjoni tal-agrikoltura

L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Lulju 2026