"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 20/02/2014, 20 ta' Frar 2014

Il-Kunsill jadotta direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u l-aċċess għall-mużika online

Imlaqqgħin fil-Kunsill Kompetittività, il-ministri adottaw l-immaniġġar kollettiv ġdid tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur u kellhom ukoll diskussjonijiet dwar kwistjonijiet ewlenin inkluża l-kompetittività industrijali

Id-Direttiva l-ġdida, adottata mill-Kunsill fl-20 ta' Frar, għandha l-għan li ttejjeb l-immaniġġar tad-drittijiet tal-awtur u ħruġ transkonfinali ta' liċenzji ta' mużika online. Minflok ikollhom jiksbu liċenzja tad-drittijiet tal-awtur f'kull Stat Membru tal-UE, il-bejjiegħa bl-imnut online u s-servizzi tal-istreaming tal-mużika jkunu jistgħu jiksbuha minn organizzazzjonijiet ta' maniġġar kollettiv li joperaw bnadi oħra.

Id-Direttiva għandha għaldaqstant tipprovdi lill-konsumaturi għażla aktar wiesgħa ta' mużika xi jniżżlu jew jagħmlu streaming online tagħha. Għandha tiżgura wkoll li d-drittjiet tal-artisti jiġu protetti aħjar u li r-royalties tagħhom jitħallsu iktar malajr.

Ladarba d-direttiva tidħol fis-seħħ, l-istati membri jkollhom sentejn biex jinkorporawha fil-liġi nazzjonali.

Il-ministri kellhom ukoll dibattitu dwar il-kompetittività industrijali, bi tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li jmiss f'Marzu. Il-ministri analizzaw kwistjonijiet bħall-politiki u l-azzjonijiet ewlenin għat-titjib tal-kompetittività industrijali tal-UE, il-kompetittività tal-industriji intensivi fl-enerġija flimkien ma' objettivi ta' politika ġodda dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima, u l-integrazzjoni potenzjali ta' kwistjonijiet dwar il-kompetittività industrijali fl-oqsma kollha ta' politika.

L-eżitu ta' dan id-dibattitu ser jikkontribwixxi għal diskussjonijiet dwar il-politika industrijali fil-Kunsill Ewropew ta' Marzu, li ser isir fl-20 u l-21 ta' Marzu.

Maniġġar tad-drittijiet tal-awtur tal-mużika

L-immaniġġar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur isir l-iktar minn organizzazzjonijiet ta' maniġġar kollettiv. Huma:

  • jagħtu liċenzji lil utenti kummerċjali, bħall-istazzjonijiet tat-TV, l-istazzjonijiet tar-radju, il-fornituri tas-servizzi tal-mużika online
  • jiġbru royalties u jqassmuhom lid-detentur/i tad-drittijiet tal-awtur

L-utenti kummerċjali jistgħu jiksbu drittijiet għal għadd kbir ta' kanzunetti permezz tal-organizzazzjonijiet ta' maniġġar kollettiv. Mingħajrhom, huma jkollhom jinnegozjaw individwalment mal-kompożituri u l-artisti.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri ħadu nota wkoll tal-qbil politiku li ntlaħaq dwar:

  • fatturar-elettroniku fl-akkwist pubbliku, li hu parti mill-pakkett tal-UE dwar l-aġenda diġitali
  • l-istabbiliment ta' servizz Ewropew ta' sorveljanza u traċċar għall-ispazju, biex jikkontribwixxi għas-sikurezza tal-infrastrutturi spazjali, bħas-satelliti

Il-ministri kellhom ukoll diskussjonijiet dwar numru ta' suġġetti oħra, inkluż:

  • l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2014 tal-Kummissjoni, u r-rapport li jakkumpanjah dwar il-qagħda tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku, li jibda l-proċess tas-Semestru Ewropew
  • progress fl-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (il-Ministri adottaw ukoll il-konklużjonijiet)
  • relazzjonijiet bejn l-UE u l-Aġenzija Spazjali Ewropea

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025