"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 04-05/12/2014, 4 u 5 ta' Diċembru 2014

Il-Kunsill jiddiskuti azzjoni biex jissaħħaħ is-suq uniku 

Waqt il-laqgħa fi Brussell fl-4 u l-5 ta' Diċembru, il-ministri tal-UE għall-kompetittività qablu dwar x'jeħtieġ isir biex jiġi żviluppat is-suq uniku u tingħata spinta lill-integrazzjoni ekonomika tal-Ewropa. 

Suq uniku

Matul id-dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġi żviluppat aktar is-suq uniku, il-ministri ffokaw fuq oqsma li x'aktarx jiġġeneraw investiment u tkabbir. Dawn jinkludu:

  • it-tlestija tas-suq uniku tal-enerġija, it-trasport u dak diġitali
  • l-implimentazzjoni effettiva tad-direttiva dwar is-servizzi
  • l-eliminazzjoni ta' burokrazija żejda
  • it-tisħiħ tal-kummerċ online
  • il-ħolqien ta' ambjent li jiffavorixxi n-negozji żgħar u ta' daqs medju

Wara d-dibattitu, il-ministri adottaw konklużjonijiet dwar regolamentazzjoni intelliġenti u ġestjoni tar-riskju doganali, li t-tnejn huma importanti ħafna għal funzjonament aħjar tas-suq uniku.

F'konklużjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni intelliġenti, il-ministri tal-UE insistew dwar il-ħtieġa li r-regoli Ewropej ikunu trasparenti, sempliċi u li jwasslu għat-tkabbir. Huma kienu favur soluzzjonijiet li jgħinu lin-negozji u lill-konsumatur jevitaw li jkollhom jiffaċċjaw l-ispejjeż tat-28 suq nazzjonali. F'dokument dwar il-ġestjoni tar-riskju doganali, il-ministri appoġġaw strateġija tal-UE maħsuba biex issaħħaħ il-kummerċ filwaqt li żżid is-sigurtà tal-katina tal-provvista.  

Pakketti tal-ivvjaġġar fl-Ewropa fl-2011

  • 23% tat-turisti fl-Ewropa xtraw vaganzi personalizzati
  • 23% minnhom għażlu pakketti tradizzjonali organizzati minn qabel
  • 35% tal-bejgħ kollu relatat mal-ivvjaġġar sar online 

Pakketti tal-ivvjaġġar

Il-Kunsill qabel dwar pożizzjoni dwar ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar.   

'Pakketti tal-ivvjaġġar' tirreferi għal kombinazzjonijiet ta' servizzi tal-ivvjaġġar li tipikament jinkludu t-trasport, il-lukanda u xi servizzi oħra, bħall-karozza tal-kiri. Ir-regoli attwali dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar imorru lura għall-1990 meta l-internet kien għadu ma jeżistix, il-linji tal-ajru ma kinux liberalizzati u s-suq tal-ivvjaġġar kien joffri l-aktar pakketti ta' vaganzi u ġiti organizzati minn qabel.

L-abbozz ta' leġislazzjoni jfittex li jestendi l-protezzjoni attwali tal-pakketti tal-ivvjaġġar tradizzjonali li jitħejjew mill-operaturi tal-ivvjaġġar jew l-aġenziji tal-ivvjaġġar biex tinkludi l-pakketti tal-ivvjaġġar li jiġu kkombinati fuq talba tal-konsumatur. 

Il-qbil milħuq mill-Kunsill jippermettilu jiftaħ negozjati mal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' leġislazzjoni.

Punti oħra fuq l-aġenda

Standards ta' sigurtà

Il-ministri qablu dwar pożizzjoni dwar l-abbozz ta' regoli li jimmodernizzaw ir-rekwiżiti ta' sigurtà għal tagħmir u oġġetti ta' protezzjoni personali li jużaw kejbils għat-trasport, bħall-funikulari u ċ-chairlifts. L-għan hu li l-kontrolli jsiru aktar stretti mingħajr ma jinħolqu piż jew spejjeż kbar għall-industrija.

Il-Kunsill issa ser jiftaħ negozjati dwar l-abbozz ta' regoli mal-Parlament Ewropew. 

Politika dwar l-ispazju

Il-ministri ddiskutew il-kompetittività tas-settur spazjali Ewropew u r-rwol tiegħu biex isaħħaħ l-ekonomija Ewropea. Wara d-dibattitu kien hemm l-adozzjoni ta' konklużjonijiet fejn il-Kunsill stabbilixxa l-prijoritajiet għall-politika Ewropea dwar l-ispazju u l-mezzi biex dawn jinkisbu. Huwa appella wkoll għal aktar riċerka spazjali u għal aktar kooperazzjoni bejn l-UE, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-istati membri.    

Żona Ewropea tar-Riċerka

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-progress lejn iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), li stiednu lill-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ f'kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-UE. Intqal ukoll li ŻER li tiffunzjona bis-sħiħ tkun teħtieġ governanza effettiva "bi rwol imsaħħaħ tal-istati mambri".

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025