"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 25 u 26 ta' Settembru 2014

Il-Kunsill jiddiskuti l-kompetittività industrijali tal-Ewropa

Waqt li ltaqgħu fi Brussell fil-25 u s-26 ta' Settembru, il-ministri inkarigati mill-kompetittività kkunsidraw il-modi kif tissaħħaħ l-industrija fl-UE u ddiskutew l-eżami li jmiss tal-istrateġija Ewropa 2020, li hija l-pjan ta' għaxar snin tal-UE għat-tkabbir u l-kompetittività.

Kompetittività industrijali

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-integrazzjoni tal-kompetittività industrijali, li hija proċess li għandu l-għan li jiżgura li l-politiki tal-UE jkollhom impatt pożittiv fuq l-industrija fl-Ewropa.

Id-dibattitu kien strutturat fuq tliet kwistjonijiet:

  • l-isfidi għall-kompetittività industrijali tal-Ewropa u l-modi kif jingħelbu
  • il-modi kif il-kompetittività industrijali tiġi integrata f'oqsma oħra ta' politika  
  • il-modi kif jittejbu l-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' riformi strutturali biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa

Wara d-dibattitu, il-ministri adottaw konklużjonijiet li fihom huma talbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tiffoka l-ħidma futura tagħha fuq inizjattivi li jagħtu spinta lill-kompetittività u l-innovazzjoni u li jnaqqsu l-burokrazija żejda u l-piżijiet regolatorji għan-negozji fl-Ewropa.

Huma ssottolinjaw ukoll l-importanza li jsir użu aktar effettiv tal-valutazzjonijiet tal-impatt, li huma dokumenti li jivvalutaw konsegwenzi potenzjali ta' inizjattivi tal-UE proposti mill-Kummissjoni. Il-konklużjonijiet jiddikjaraw li dawn il-valutazzjonijiet għandhom jivvalutaw b'mod debitu l-impatt ta' kull inizjattiva fuq il-kompetittività industrijali u jippermettu li l-partijiet interessati rilevanti kollha jagħtu l-opinjoni tagħhom qabel ma jiġi ppreżentat abbozz ta' leġislazzjoni.   

Strateġija Ewropa 2020

Il-Kunsill kellu dibattitu wkoll dwar l-eżami li jmiss tal-istrateġija Ewropa 2020. L-istrateġija, li tnediet fl-2010, għandha l-għan li tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, toħloq l-impjiegi u tippromwovi l-inklużjoni soċjali.

Ħafna ministri jaraw l-eżami li jmiss tal-istrateġija bħala opportunità biex jiġi appoġġat l-irkupru ekonomiku u tingħata spinta lill-kompetittività industrijali u t-tkabbir. Meta terġa' titnieda l-istrateġija, huma jridu jikkonċentraw fuq żewġ objettivi relatati mal-kompetittività:

  • allinjament aħjar tas-swieq finanzjarji u l-ekonomija reali
  • governanza ekonomika aħjar, b'attenzjoni akbar fuq prijoritajiet relatati mas-suq uniku u l-kompetittività industrijali tal-UE 

Fil-kuntest tal-eżami tal-istrateġija l-ministri ddiskutew ukoll modi kif isir investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni biex tingħata spinta lit-tkabbir.

Il-Presidenza Taljana beħsiebha teżamina l-implimentazzjoni tal-istrateġija billi torganizza diskussjonijiet f'diversi konfigurazzjonijiet tal-Kunsill matul ix-xhur li ġejjin. Ir-riżultati ta' dawn id-diskussjonijiet ser jiġu inklużi f'rapport li ser jiġi ppreżentat lill-mexxejja tal-UE f'Diċembru.

Ir-rapport ser jagħti gwida lill-Kummissjoni Ewropea dwar it-titjib tal-implimentazzjoni tal-istrateġija.

Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-eżami tal-istrateġija f'Mejju u mistennija tagħmel proposti speċifiċi kmieni fl-2015.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Żona Ewropea tar-Riċerka

Il-ministri skambjaw fehmiet dwar l-iżvilupp tas-suq uniku għar-riċerka, jew iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq ir-rapport reċenti tal-Kummissjoni li janalizza l-progress li sar fit-tlestija taż-ŻER.

Suġġetti oħrajn diskussi matul il-laqgħa tal-Kunsill inkludew:

  • programm konġunt għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran (l-inizjattiva PRIMA) 
  • pjan ta' investiment għall-Ewropa
  • implimentazzjoni tas-sistema ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025