"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 26/05/2014, 26 ta' Mejju 2014

Kunsill jilħaq qbil għall-pożizzjoni tiegħu dwar il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali

Fil-Kunsill Kompetittività tas-26 ta' Mejju, il-ministri tal-UE adottaw il-pożizzjoni dwar it-titjib fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali. Dan iwitti t-triq biex jinbdew in-negozjati mal-Parlament Ewropew.

Il-ministri tal-UE responsabbli għall-kompetittività adottaw approċċ ġenerali dwar l-abbozz ta' direttiva li tipproteġi mis-serq ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

Il-proposta għandha l-għan li tagħmilha aktar faċli għall-qrati nazzjonali biex jittrattaw is-serq ta' informazzjoni kummerċjali, biex il-vittmi jitolbu kumpens u biex prodotti li jiksru sigrieti kummerċjali jitneħħew mis-suq.

L-approċċ ġenerali adottat mill-Kunsill jistabbilixxi livell minimu ta' armonizzazzjoni tal-liġijiet ċivili fl-UE kollha, filwaqt li l-istati membri jingħataw il-possibbiltà li japplikaw miżuri aktar stretti jekk ikun meħtieġ.

Huwa jistabbilixxi l-perijodu ta' limitu għal azzjoni mill-kwerelant għal sitt snin u jiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-proċeduri legali. Jallinja wkoll il-prinċipji u d-definizzjonijiet legali ma' ftehimiet internazzjonali eżistenti.

Serq ta' sigrieti kummerċjali fl-UE

Skont diversi studji, fl-aħħar għaxar snin wieħed minn kull ħames negozji fl-UE kien il-mira ta' attentat ta' serq ta' sigriet kummerċjali. Fl-2013, 25% tan-negozji rrappurtaw mill-inqas każ wieħed ta' ksib illegali ta' informazzjoni, imqabbel mat-18% fis-sena ta' qabel.

Sigrieti kummerċjali jinkludu diversi tipi ta' informazzjoni, minn għarfien teknoloġiku sa data kummerċjali bħal informazzjoni dwar klijenti, riċerka tas-suq jew pjanijiet ta' attività tan-negozju.

eCall

Il-ministri adottaw ukoll il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tekniċi għal karozzi ġodda li ser ikollhom installat l-eCall, servizz ta' telefonati ta' emerġenza għall-użu fl-Ewropa kollha. Il-ftehim milħuq mill-Kunsill jippermettilu li jibda negozjati mal-Parlament Ewropew.

Meta tiġi adottata, il-liġi l-ġdida tobbliga lill-manifatturi jinstallaw fil-karozzi l-ġodda kollha teknoloġija li awtomatikament tallerta s-servizz eCall ibbażat fuq in-numru 112 f'każ ta' inċident.

Il-qbil tal-lum isegwi deċiżjoni aktar kmieni dan ix-xahar mill-Kunsill biex tiddaħħal is-sistema obbligatorja tal-eCall li tittratta t-telefonati ta' emerġenza mibgħuta minn karozzi f'każ ta' ħabta.

Il-proposta hija parti mill-isforzi tal-UE biex tiżdied is-sigurtà fit-toroq u jitnaqqas bin-nofs in-numru ta' mwiet fit-toroq sal-2020.

Punti ewlenin oħrajn fuq l-aġenda

Riforma tas-sistema tat-trade marks

Il-ministri skambjaw fehmiet dwar ir-riforma li għaddejja tas-sistema tat-trade mark Komunitarja. Ir-riforma għandha l-għan li timmodernizza s-sistema biex tagħmilha aktar faċli għan-negozji iwettqu innovazzjoni. Biex jinkiseb dan, ser ittejjeb l-effiċjenza tal-protezzjoni tat-trade marks u tagħmilha aktar aċċessibbli għall-SMEs.

Direttiva dwar il-Pakketti tal-Ivvjaġġar

Il-Kunsill sema' preżentazzjoni mill-Presidenza Griega dwar il-progress li sar fid-direttiva dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar. Il-leġislazzjoni proposta għandha l-għan li timmodernizza r-regoli għas-suq tal-ivvjaġġar li ġie ttrasformat f'dawn l-aħħar snin, mhux l-inqas minħabba l-influwenza tal-internet.

Riċerka u innovazzjoni

Il-ministri adottaw konklużjonijiet li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' faċilitajiet strateġiċi ta' riċerka pan-Ewropej identifikati mill-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI). Il-missjoni tal-ESFRI hija li jiġi appoġġat it-tfassil tal-politika dwar l-iżvilupp strateġiku u l-użu aħjar tal-infrastruttura tar-riċerka fl-Ewropa. Huwa jippubblika l-pjan direzzjonali li jelenka proġetti prijoritarji li jwieġbu għall-ħtiġijiet fit-tul ta' riċerkaturi Ewropej fl-oqsma xjentifiċi kollha. 

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea. 

Il-ministri skambjaw ukoll fehmiet dwar il-passi meħtieġa biex tingħata spinta lill-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-UE u l-pajjiżi Mediterranji.

Il-Kunsill adotta l-pakkett tar-riżorsi proprji mingħajr diskussjoni. Il-pakkett huwa sett ta' 3 liġijiet relatati mal-baġit tal-UE 2014-2020. Ir-riżorsi proprji jikkostitwixxu d-dħul tal-UE, li jrid ikopri l-infiq kollu tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025