"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 26-27/05/2016, 26 u 27 ta' Mejju 2016

Riżultati ewlenin

Suq intern - Industrija - Politika dwar l-ispazju

Suq uniku diġitali

Il-Kunsill ivvaluta l-progress fl-istrateġija tas-suq uniku diġitali sena wara t-tnedija tal-istrateġija. F'dan il-kuntest, il-Kunsill:

Illum stabbilixxejna stadji importanti għall-ħolqien ta' suq uniku diġitali ta’ veru fl-UE biex jiġu ffaċilitati l-innovazzjoni u t-tkabbir. Inħeġġeġ bil-qawwa lil dawk kollha involuti biex jaġixxu malajr u jieħdu vantaġġ mir-rivoluzzjoni diġitali.” Henk Kamp, Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi tan-Netherlands
  • qabel dwar il-prinċipji ewlenin biex tiġi żgurata l-portabbiltà ta’ servizzi ta' kontenut online fis-suq intern
  • adotta konklużjonijiet dwar teknoloġiji tas-suq uniku diġitali u l-modernizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi
  • iddiskuta l-impatt tad-diġitilazzazzjoni fuq il-produttività tas-settur tas-servizzi taħt l-eżami tal-kompetittività
  • iddiskuta modi kif jitjieb l-użu tad-data spazjali minn programmi spazjali Ewropej biex jinħolqu t-tkabbir u l-impjiegi

Biex jiġi żgurat li dawn l-azzjonijiet u dawk futuri jgawdu minn ambjent li jiffavorixxi l-innovazzjoni, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar regolamentazzjoni aħjar.

Wara l-laqgħa, il-president tal-Kunsill u l-ministru għall-affarijiet ekonomiċi tan-Netherlands, Henk Kamp, enfasizza dan li ġej: “Illum stabbilixxejna stadji importanti għall-ħolqien ta' suq uniku diġitali ta’ veru fl-UE biex jiġu ffaċilitati l-innovazzjoni u t-tkabbir. Organizzajt “Jum Diġitali tal-Kunsill" għaliex naħseb li x-xenarju diġitali quddiemna joffri l-aħjar opportunitajiet biex jgħin lin-nies u l-kummerċ jikkollegaw u jaġixxu ma' xulxin billi jiġu eliminati d-distanza fiżika u l-ostakli u jinfetħu swieq ġodda u opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. Inħeġġeġ bil-qawwa lil dawk kollha involuti biex jaġixxu malajr u jieħdu vantaġġ mir-rivoluzzjoni diġitali.”

Riċerka u Innovazzjoni

Wara dibattitu dwar ix-xjenza miftuħa, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-transizzjoni lejn sistema ta' xjenza miftuħa.

Ix-xjenza miftuħa hija suġġett għal qalbna ħafna. Matul il-presidenza Netherlandiża, kellna l-għan li npoġġu lill-Ewropa fuq quddiem fil-bidla globali u li mmexxu t-transizzjoni lejn mod ġdid ta’ kif issir ir-riċerka u lejn xjenza bbażata fuq il-ftuħ, il-big data u l-cloud computing.” Sander Dekker, Segretarju tal-Istat għall-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza tan-Netherlands

Huwa adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-lezzjonijiet meħuda mis-seba’ programm qafas għar-riċerka u l-prospetti futuri u dwar il-ħolqien ta’ ambjent regolatorju favorevoli għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Bħala l-President tal-Kunsill, Sander Dekker, Segretarju tal-Istat għall-Edukazzjoni, il-Kultura u x-Xjenza tan-Netherlands, għamel id-dikjarazzjoni li ġejja: “Ix-xjenza miftuħa hija suġġett għal qalbna ħafna. Matul il-presidenza Netherlandiża, kellna l-għan li npoġġu lill-Ewropa fuq quddiem fil-bidla globali u li mmexxu t-transizzjoni lejn mod ġdid ta’ kif issir ir-riċerka u lejn xjenza bbażata fuq il-ftuħ, il-big data u l-cloud computing. Ix-Xjenza Miftuħa twaqqa' l-ħitan ta' madwar l-universitajiet u tiżgura li s-soċjetà tibbenefika kemm jista’ jkun mill-iskoperti xjentifiċi kollha. B'dak il-mod, nimmassimizzaw il-kontribut tar-riċerkaturi, l-universitajiet u l-istituzzjonijiet tal-għarfien”.

Illum, filwaqt li nibnu fuq il-ħidma li saret fix-xhur reċenti, b’mod partikolari fil-Konferenza ta’ April meta approvajna l-"Amsterdam Call for Action on Open Science", nista’ ngħid li għamilna pass kbir ’il quddiem.

Streaming dirett, filmati u ritratti

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025