"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 20/02/2017, 20 ta' Frar 2017

Riżultati ewlenin

Il-protezzjoni tal-konsumatur fl-era diġitali

Il-Kunsill laħaq qbil dwar approċċ ġenerali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi fis-suq intern. L-għan huwa li jitjieb il-mod kif l-amministrazzjonijiet nazzjonali jikkooperaw sabiex jiġi evitat u jitnaqqas id-dannu kkawżat għall-konsumaturi mill-ksur transfruntier tal-liġi tal-konsumatur tal-UE. Il-protezzjoni effettiva tal-konsumatur għandha tirrispondi b’mod partikolari għall-isfidi tal-ekonomija diġitali u l-iżvilupp tal-kummerċ bl-imnut transfruntier fl-EU.

"Il-bini tal-fiduċja fis-suq uniku diġitali Ewropew jirrikjedi sistema affidabbli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Il-qbil tal-lum ser isaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumaturi. In-negozji ser jibbenefikaw ukoll milli jkollhom regoli aktar ċari u uniformi."

Chris Cardona, Ministru ta’ Malta għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Riforma tas-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip għall-karozzi

Il-Kunsill ħa nota ta’ rapport ta’ progress tal-Presidenza dwar il-ħidma li għaddejja għar-riforma tas-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq għal vetturi bil-mutur.

"Il-Presidenza biħsiebha tkompli bil-ħidma tagħha biex tipprova ssolvi l-kwistjonijiet pendenti. Nistennew appoġġ mid-delegazzjonijiet kollha u mill-Kummissjoni għall-isforzi tagħna biex jinsab kompromess tajjeb fil-ftit ġimgħat li ġejjin. L-intenzjoni tagħna hija li nippreżentaw it-test ta’ approċċ ġenerali lill-Kunsill Kompetittività f’Mejju."

Chris Cardona, Ministru ta’ Malta għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar

Għajnuna lin-negozji l-ġodda fl-UE biex jikbru

Il-ministri iddiskutew modi konkreti biex jgħinu lin-negozji l-ġodda u lil dawk li qed jespandu jaħtfu aħjar l-opportunitajiet tas-suq u li joperaw fis-suq uniku.

L-eżitu ta’ dawn id-diskussjonijiet ser jikkontribwixxi għat-tħejjijiet tal-laqgħa ministerjali informali dwar il-kompetittività li għandha ssir fil-Belt Valletta, Malta, fil-5 u s-6 ta’ April.

Eżami tal-kompetittività: investimenti f’assi intanġibbli

L-eżami tal-kompetittività kien iffokat fuq l-investimenti intanġibbli (bħall-ħiliet, is-software, id-disinn u l-proprjetà intellettwali) f’negozji tal-UE. Dawn l-assi huma sors prezzjuż ta’ innovazzjoni u gwadanji fuq il-produttività għall-kumpanniji.

Akkwist pubbliku

Il-ministri ddiskutew modi għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-akkwist pubbliku fil-kuntest tal-proċess tas-Semestru Ewropew 2017. Enfasizzaw b’mod partikolari l-ħtieġa li l-akkwist isir aktar effiċjenti, li titjieb il-kwalità tal-infiq u li tiġi modernizzata l-amministrazzjoni pubblika.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025