- Kunsill Kompetittività
Kunsill Kompetittività, 29-30/05/2017, 29 u 30 ta' Mejju 2017
Riżultati ewlenin
Suq intern u industrija - 29 ta' Mejju
Ir-riforma tal-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq tal-karozzi
Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali għar-riforma tas-sistema ta' approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq għall-vetturi bil-mutur.
Din ir-riforma prinċipali ser timmodernizza s-sistema attwali u ttejjeb it-testijiet ta' kontroll fuq id-data tal-emissjonijiet tal-karozzi.
''Is-saħħa pubblika, il-kwalità tal-arja u l-innovazzjoni huma fil-qalba ta' dan il-ftehim. L-uniku mod biex terġa' tinkiseb u tiżdied il-fiduċja fl-industrija tal-karozzi Ewropea huwa billi tingħata għajnuna biex jiġu żviluppati teknoloġiji nodfa u sikuri. Testijiet affidabbli ta' kontroll għall-karozzi ser jiġu stabbiliti sabiex l-irregolaritajiet tal-emissjonijiet li seħħew fil-passat ma jkunux jistgħu jseħħu mill-ġdid fil-futur''
Chris Cardona, President tal-Kunsill u Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ta' Malta.
L-għan huwa li jinkiseb livell għoli ta’ sikurezza u prestazzjoni ambjentali tal-vetturi bil-mutur u li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ewlenin identifikati fis-sistema eżistenti tal-approvazzjoni tat-tip.
Pakkett tas-servizzi: forniment ta' servizzi u mobilità ta' professjonisti
Il-Kunsill qabel dwar approċċi ġenerali dwar iż-żewġ proposti tal-''Pakkett tas-Servizzi'' biex is-suq intern isir aktar effettiv:
- abbozz ta' direttiva mmirata lejn it-titjib tal-proċedura ta' notifika fis-settur tas-servizzi, u
- abbozz ta' direttiva mmirata lejn il-mobbiltà transfruntiera ta' professjonisti fl-Unjoni Ewropea
''In-negozji u l-professjonisti għadhom qiegħdin iħabbtu wiċċhom ma' regolamentazzjoni sproporzjonata meta jipprovdu servizzi transfruntiera. Il-Pakkett tas-Servizzi huwa għodda essenzjali biex jiġi ffaċilitat il-moviment ta' persuni u servizzi. Kumpaniji, professjonisti u konsumaturi ser jibbenefikaw b'mod konsiderevoli minn aċċess aħjar għal attivitajiet u servizzi professjonali differenti''
Chris Cardona, President tal-Kunsill u Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ta' Malta.
Politika industrijali fl-Ewropa
Il-Kunsill kellu dibattitu dwar il-politika industrijali. Huwa adotta wkoll konklużjonijiet li jappellaw lill-Kummissjoni biex tippreżenta strateġija tal-UE dwar il-politika industrijali għall-futur fil-ħin għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2018.
''Dan is-suġġett huwa tal-ogħla rilevanza politika għall-Ewropa, minħabba l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċa l-industrija tagħna. L-Ewropa teħtieġ li ssir aktar proattiva u tersaq lejn politika olistika industrijali tal-UE biex tlaħħaq mal-bidla teknoloġika u tiżgura l-kompetittività globali tal-ekonomija tagħna. Id-diġitalizzazzjoni, il-mudelli ġodda tan-negozju, l-investiment fil-ħiliet u aċċess aħjar għall-finanzi ser ikunu essenzjali biex tiġi żgurata l-kompetittività industrijali tal-Ewropa''
Chris Cardona, President tal-Kunsill u Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ta' Malta.
Riċerka u Spazju - 30 ta’ Mejju
Strateġija Spazjali għall-Ewropa
Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija dwar l-ispazju għall-Ewropa u adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu l-prijoritajiet tagħha.
''Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ser jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' oqsma ta' prijorità tal-istrateġija dwar l-ispazju. Il-programmi dwar l-ispazju Galileo u Copernicus huma eżempji li rnexxew tal-benefiċċji u l-vantaġġi li l-integrazzjoni Ewropea tista' twassal mhux biss għaċ-ċittadini Ewropej, iżda għad-dinja kollha.''
Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport ta' Malta
Monitoraġġ u rappurtar tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I)
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar "Razzjonalizzazzjoni tal-ambjent tal-monitoraġġ u r-rappurtar tal-R&I''.
Huwa kellu wkoll skambju ta' fehmiet dwar il-ġustifikazzjoni ekonomika għall-finanzjament pubbliku tal-R&I u l-impatt tiegħu.
Sħubija UE-Mediterran għal proġetti tar-riċerka (PRIMA)
Il-Kunsill ħa nota tat-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tas-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA), wara l-konklużjoni b'suċċess tad-diskussjonijiet leġislattivi dwar il-PRIMA taħt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill.
''Il-PRIMA mistennija tibni l-ħiliet u tisfrutta l-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-setturi tal-agroalimentazzjoni u l-ilma fiż-żona tal-Mediterran. Dan għandu jikkontribwixxi lejn l-indirizzar ta' xi wħud mill-kawżi primarji tal-migrazzjoni u jsaħħaħ il-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja.''
Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport ta' Malta
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Programm indikattiv - Kunsill Kompetittività tad-29 u t-30 ta’ Mejju 2017
- Aġenda proviżorja, Kunsill Kompetittività, 29-30 ta' Mejju 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet leġislattivi, Kunsill Kompetittività, 29 u 30 ta’ Mejju 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Kompetittività, 29 u 30 ta’ Mejju 2017
- Nota ta' informazzjoni
Stqarrijiet għall-istampa
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija spazjali għall-Ewropa - 30/05/2017
Konklużjonijiet dwar strateġija futura għall-politika industrijali tal-UE - 29/05/2017
Repubblika Demokratika tal-Kongo: L-UE tadotta sanzjonijiet kontra 9 persuni oħra - 29/05/2017
Pakkett dwar is-servizzi: Il-Kunsill jaqbel dwar kondizzjonijiet biex jiġi ffaċilitat il-forniment ta’ servizzi u l-mobbiltà ta’ professjonisti - 29/05/2017
Kontrolli tal-emissjonijiet tal-karozzi: Il-Kunsill jaqbel li jirriforma s-sistema ta’ approvazzjoni tat-tip u ta’ sorveljanza tas-suq - 29/05/2017
Sirja: L-UE testendi b'sena s-sanzjonijiet kontra r-reġim - 29/05/2017
Evitar tat‑taxxa korporattiva: Adozzjoni ta' direttiva dwar id-diskrepanzi ibridi - 29/05/2017
Ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-assigurazzjoni: Il-Kunsill jaqbel dwar l-iffirmar - 29/05/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ferran Tarradellas Espuny Press officer
- +32 473 95 45 74
- +32 2 281 6291
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #COMPET
Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025