Skip to content
  • Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 28-29/11/2016, 28 u 29 ta' Novembru 2016

Riżultati ewlenin

28 ta' Novembru

Imblukkar ġeografiku: it-tneħħija ta' ostakli għall-kummerċ-e 

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali għall-projbizzjoni tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat fis-suq intern.

L-abbozz ta' regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni fil-bejgħ transfruntier ta' oġġetti u servizzi abbażi tan-nazzjonalità, ir-residenza jew is-sede prinċipali tal-konsumaturi.

"Ix-xiri online minn pajjiż ieħor tal-UE bl-istess mod bħan-nies tal-lokal hija xi ħaġa mistennija minn ħafna ċittadini illum il-ġurnata. Ir-regoli l-ġodda biex jieqaf l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat ser itejbu b'mod konsiderevoli l-ekonomija tal-kummerċ-e u jagħtu liċ-ċittadini aċċess għal għażla usa' ta' prodotti u servizzi."

Peter ŽIGA, Ministru għall-Ekonomija tas-Slovakkja

Progress fl-istrateġija għas-suq uniku 

Il-ministri vvalutaw il-progress li sar fl-istrateġija għas-suq uniku sena wara t-tnedija tagħha. Huma identifikaw ukoll għadd ta' inizjattivi ta' prijorità fl-istrateġija b'potenzjal għoli li joħolqu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

"Is-Suq Uniku llum jitlob interventi mmirati, maħsuba sew u pragmatiċi. Qabel xejn, jeħtieġ li nimxu 'l quddiem fis-servizzi billi llum disat impjiegi minn kull għaxra jinħolqu fis-settur tas-servizzi, għalkemm f'sitwazzjonijiet transfruntieri dawn jirrappreżentaw biss 5%. Is-Suq Uniku jeħtieġ ukoll ambjent stabbli u prevedibbli li jsostni l-fiduċja tan-negozji u l-konsumaturi u fejn l-investiment jista' joktor biex jaqdi liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji."

Peter ŽIGA, Ministru għall-Ekonomija tas-Slovakkja

Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa - Eżami tal-kompetittività 

Il-ministri ddiskutew l-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa fil-kuntest tal-eżami tal-kompetittività. Huma kkonċentraw fuq in-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet u fuq il-ħtiġijiet futuri, ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kisba ta' kompetenzi u d-dinja tax-xogħol, u t-talba dejjem tikber mill-kumpaniji għall-ħiliet diġitali.

Sistema ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja 

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sistema ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja. Huma laqgħu l-konferma mogħtija mid-delegazzjoni tar-Renju Unit biex jinbdew it-tħejjijiet għar-ratifika tal-ftehim għall-istabbiliment tal-Qorti tal-Privattiva Unitarja.

Din l-aħbar twitti t-triq għas-sistema ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja biex tidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli fl-2017.

29 ta' Novembru

Appoġġ lil riċerkaturi żgħażagħ 

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar miżuri li jappoġġaw lil riċerkaturi żgħażagħ fil-bidu tal-karriera tagħhom u jrendu l-karrieri xjentifiċi aktar attraenti.

"Il-konklużjonijiet tal-Kunsill huma msejsa fuq id-dikjarazzjoni ta' Bratislava li l-ministri għar-riċerka tal-UE approvaw fis-sajf li għadda bil-għan li jingħata appoġġ lil ġenerazzjonijiet ġodda ta' riċerkaturi u xjenzjati, sabiex ikunu l-muturi essenzjali tal-prosperità fl-Ewropa. Jeħtieġ li l-karrieri xjentifiċi jsiru aktar attraenti għaż-żgħażagħ, filwaqt li jitrawmu t-talenti tagħhom u jiġu offruti opportunitajiet adatti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom".

Peter Plavčan, il-Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza, ir-Riċerka u l-Isport tas-Slovakkja

Strateġija spazjali għall-Ewropa 

Il-Kunsill laqa’ l-istrateġija spazjali l-ġdida għall-Ewropa. Huwa kellu wkoll dibattitu pubbliku b’enfasi fuq dawk l-azzjonijiet fl-istrateġija li jista’ jkollhom impatt pożittiv qawwi fuq il-kompetittività u jġibu benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini u għall-kumpaniji Ewropej.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025