"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 28 u 29 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Suq intern u industrija, 28 ta' Novembru

Direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali dwar id-direttiva proposta. Dan il-qbil ser jippermetti lill-Kunsill jibda negozjati mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni rapida tad-direttiva fit-tieni qari.

Timo Harakka, ministru għall-impjiegi tal-Finlandja
Is-Suq Uniku jista' jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu biss jekk il-konsumaturi tal-UE jkollhom aċċess għal għodod effiċjenti u bi prezz raġonevoli biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom fl-Istati Membri kollha. It-test maqbul illum jipprovdi lill-konsumaturi għodod bħal dawn filwaqt li jipproteġi wkoll lill-kummerċjanti minn litigazzjoni abbużiva.
Timo Harakka, ministru għall-impjiegi tal-Finlandja
Timo Harakka, ministru għall-impjiegi tal-Finlandja

Direttiva li temenda d-direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

Il-Kunsill eżamina l-proposta ta' kompromess l-aktar reċenti tal-presidenza dwar id-direttiva. Fin-nuqqas ta' appoġġ suffiċjenti għall-proposta tal-presidenza, il-presidenza ħabbret li ser tkompli taħdem fuq dan il-fajl u li ser tirrifletti dwar l-aħjar mod biex din il-proposta titmexxa 'l quddiem.

Id-dimensjoni esterna tal-kompetittività Ewropea

Abbażi ta' nota mill-presidenza, il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar kif għandu jiġi żgurat li n-negozji tal-UE jikkompetu b'mod effiċjenti u fuq termini ugwali mal-kompetituri tagħhom fis-suq globali. Id-diskussjonijiet iffukaw prinċipalment fuq it-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, id-diġitalizzazzjoni u teknoloġiji ġodda u prattiki minn pajjiżi terzi li jfixklu l-kompetizzjoni.

Affarijiet oħra

Taħt "affarijiet oħra", il-presidenza, il-Kummissjoni u d-delegazzjoni Awstrijaka u dik Daniża infurmaw lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali f'għadd ta' proġetti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kunsill Kompetittività. Il-Kunsill ħa nota wkoll ta' preżentazzjoni mid-delegazzjoni Kroata tal-programm ta' ħidma tal-presidenza Kroata li jmiss fil-qasam tas-suq intern u l-industrija.

Riċerka u spazju, 29 ta' Novembru

Konklużjonijiet dwar "Soluzzjonijiet spazjali għal Artiku sostenibbli"

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar kif jiġi żgurat Artiku sostenibbli. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jenfasizza li l-ispazju jista' jaġixxi bħala faċilitatur veru fir-reġjun tal-Artiku, speċjalment fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-iżgurar ta' tkabbir ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli fiż-żona.

It-trawwim ta' ekonomija spazjali sostenibbli

Abbażi ta' nota mill-presidenza li għandha l-għan li tmexxi d-dibattitu, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-azzjonijiet li huma meħtieġa għat-tisħiħ tal-effett pożittiv tal-politika spazjali tal-UE fuq setturi mhux spazjali, bħat-trasformazzjoni diġitali u l-azzjoni klimatika, kif ukoll għat-trawwim ta' politika spazjali sostenibbli fl-UE u madwar id-dinja.

Kien hemm qbil ġenerali dwar l-importanza ta' servizzi relatati mal-ispazju għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tal-UE u għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-ministri qablu wkoll dwar il-ħtieġa li l-UE tippromwovi qbil f'fora internazzjonali għall-ġestjoni sostenibbli ta' attivitajiet spazjali.

Programm Euratom għall-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa

Il-Kunsill eżamina l-proposta ta' kompromess l-aktar reċenti tal-presidenza dwar ir-regolament. Ġie nnotat li għadd żgħir ta' delegazzjonijiet ma setgħux jappoġġaw dik il-proposta. Il-presidenza ħabbret li ser tippreżenta rapport ta' progress dwar il-ħidma li saret s'issa f'laqgħa li jmiss tal-Kunsill.

Sadanittant, il-presidenza indikat l-intenzjoni tagħha li toħroġ rapport ta' progress dwar dan il-fajl.

Pakkett Orizzont Ewropa: Regolament dwar il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni 2021-2027
a) Premessi
b) Anness IV (sinerġiji)

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali parzjali rigward l-Anness IV tar-Regolament Orizzont Ewropa, li jittratta s-sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-UE, kif ukoll dwar dawk il-premessi li kien għadu ma ntlaħaqx qbil dwarhom. Dan il-qbil ser jippermetti lill-Kunsill jibda negozjati mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni rapida tar-regolament ladarba jintlaħaq qbil dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

Konklużjonijiet dwar l-istrateġija aġġornata tal-UE dwar il-bijoekonomija

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-istrateġija bijoekonomika aġġornata għall-Ewropa. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-istrateġija bijoekonomika aġġornata li tinsab fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Huwa jappella lill-istati membri biex jimplimentaw din l-istrateġija mingħajr dewmien u lill-Kummissjoni biex tiffaċilita u tmexxi 'l quddiem l-implimentazzjoni tagħha.

Regolament dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali parzjali rigward ir-regolament propost dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT). Dan il-qbil ser jippermetti lill-Kunsill jibda negozjati mal-Parlament Ewropew bil-ħsieb tal-adozzjoni rapida tar-regolament fl-ewwel qari ladarba jintlaħaq qbil dwar il-qafas finanzjarju pluriennali.

Deċiżjoni dwar l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Abbażi ta' nota mill-presidenza, il-Kunsill evalwa l-progress miksub s'issa fid-diskussjonijiet fil-korpi preparatorji tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' deċiżjoni.

Affarijiet oħra: Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss

Il-Kunsill ġie infurmat mid-delegazzjoni Kroata dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Kroata li jmiss fil-qasam spazjali, tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025