"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 27 u 28 ta' Frar 2020

Riżultati ewlenin

Riċerka u innovazzjoni, 28 ta' Frar

Aġenda tal-Innovazzjoni Strateġika tal-EIT

Il-Kunsill adotta approċċ ġenerali parzjali għall-Anness tal-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI) tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija.

Blaženka Divjak, il-Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja
Dan il-qbil fil-livell tal-ministri huwa pass importanti li permezz tiegħu jista' jibda wkoll skambju interistituzzjonali dwar il-pakkett tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija mal-Parlament Ewropew.
Blaženka Divjak, il-Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja
Blaženka Divjak, il-Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja

L-Anness tal-ASI jistipula l-oqsma ta' prijorità u l-istrateġija tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-perijodu 2021-2027. Jiddefinixxi l-objettivi, l-azzjonijiet ewlenin, il-mod kif jaħdem, ir-riżultati mistennija u r-riżorsi meħtieġa tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija. Jiżgura wkoll il-koerenza meħtieġa tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ma' Orizzont Ewropa, il-programm qafas futur tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu 2021-2027 u mistenni li jrawwem sinerġiji ma' programmi oħra tal-UE.

Approċċ strateġiku għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni

Fuq il-bażi ta' nota tal-presidenza, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni.

F'dan il-kuntest, il-ministri għarfu l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali biex jikber kemm jista' jkun il-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-UE. Fl-istess ħin, bosta ministri enfasizzaw il-ħtieġa li l-ftehimiet ta' kooperazzjoni jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' reċiproċità, valur miżjud u rispett tal-valuri tal-UE. Kien hemm appoġġ mifrux għal approċċ differenzjat, li jippremja lil dawk il-pajjiżi li jixtiequ jikkollaboraw f'oqsma ta' interess strateġiku reċiproku.

Barra minn hekk, il-ministri enfasizzaw il-ħtieġa għal aktar investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex niġbdu riċerkaturi ta' ħila minn pajjiżi terzi iżda wkoll biex inżommu r-riċerkaturi tal-UE fl-UE.

Ix-xjenza m'għandhiex fruntieri. Sabiex ikomplu jeċċellaw, jeħtieġ li r-riċerkaturi tagħna jkun jista' jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta' riċerka internazzjonali u jikkollaboraw mal-kontropartijiet tagħhom f'pajjiżi terzi. L-UE għadha miftuħa għal ftehimiet ta' kooperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni mas-sħab dinjija ewlenin tagħna. Blaženka Divjak, il-Ministru għax-Xjenza u l-Edukazzjoni tal-Kroazja

Suq intern u industrija, 27 ta' Frar

Patt Ekoloġiku Ewropew - transizzjoni għal industrija tal-UE ċirkolari u newtrali għall-klima

Abbażi ta' nota mill-presidenza, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-politiki l-aktar adatti meħtieġa biex:

  • jiġi appoġġat il-kontribut tal-industrija għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika fl-2050,
  • jitnaqqas ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u
  • tiġi ffaċilitata u aċċellerata t-transizzjoni lejn ekonomija ċirkolari permezz tad-diġitalizzazzjoni.
Is-Sur Darko Horvat, Ministru Kroat għall-Ekonomija, l-Intraprenditorija u l-Artiġjanat
Jeħtieġ li niżguraw li t-transizzjoni lejn industrija tal-UE newtrali għall-klima sseħħ b'mod ġust, inklużiv u sostenibbli. Il-tibdil ta' sfidi f'opportunitajiet ser tkun l-akbar kompitu tagħna. Id-diskussjonijiet tagħna llum juru li aħna determinati li nippreservaw il-kompetittività tal-industrija tagħna filwaqt li nilħqu l-miri klimatiċi stabbiliti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Is-Sur Darko Horvat, Ministru Kroat għall-Ekonomija, l-Intraprenditorija u l-Artiġjanat
Is-Sur Darko Horvat, Ministru Kroat għall-Ekonomija, l-Intraprenditorija u l-Artiġjanat

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew ġie propost mill-Kummissjoni f'Diċembru 2019 bħala l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar it-tkabbir. Huwa għandu l-għan li jittrasforma l-UE f'ekonomija sostenibbli u newtrali għall-klima sal-2050. Huwa jippreżenta għadd ta' miżuri u politiki mmirati biex jagħmlu t-transizzjoni ġusta u inklużiva, jagħtu spinta lill-kompetittività tal-ekonomija tal-UE, itejbu s-saħħa tan-nies u l-kwalità tal-ħajja u jħarsu lill-ambjent. F'Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv ta' UE newtrali għall-klima sal-2050.

Konklużjonijiet dwar ir-regolamentazzjoni aħjar "Niżguraw il-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli u inklużiv"

Il-Kunsill adotta sett ta' konklużjonijiet fil-kuntest tal-aġenda tiegħu għal regolamentazzjoni aħjar. Dawn il-konklużjonijiet jirrigwardaw il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt, il-ħtieġa li dawk li jfasslu l-politika jqisu l-interessi partikolari tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, in-negozji l-ġodda u l-mikrointrapriżi, kif ukoll itejbu l-metodi ta' verifika ta' jekk il-liġijiet eżistenti tal-UE għadhomx adattati għall-iskop tagħhom. Ir-regolamentazzjoni aħjar taqdi rwol importanti fil-ksib ta' ekonomija tal-UE kompetittiva, sostenibbli u inklużiva. Hija tiżgura t-teħid ta' deċiżjonijiet u politiki bbażati fuq l-evidenza li huma adatti għall-iskop tagħhom.

Semestru Ewropew - rapport dwar il-Prestazzjoni tas-Suq Uniku

Abbażi ta' nota mill-Presidenza, il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sejbiet tar-rapport dwar il-Prestazzjoni tas-Suq Uniku mfassal mill-Kummissjoni.

Il-ministri qablu b'mod ġenerali dwar il-ħtieġa għal approċċ olistiku rigward l-integrazzjoni tas-suq uniku, filwaqt li fl-istess ħin tingħata attenzjoni lill-oqsma speċifiċi b'potenzjal mhux sfruttat, bħas-servizzi. Implimentazzjoni u infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku, kif ukoll aktar standardizzazzjoni, armonizzazzjoni u rikonoxximent reċiproku jibqgħu l-istrumenti ewlenin għall-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tas-suq uniku.

Ir-Rapport dwar il-Prestazzjoni tas-Suq Uniku tal-2019 jivvaluta l-prestazzjoni ekonomika tas-Suq Uniku tal-UE u jenfasizza l-oqsma li fihom l-istati membri jeħtieġ li jwettqu riformi strutturali sabiex jottimizzaw din il-prestazzjoni. Huwa jkopri oġġetti, servizzi, l-enerġija, id-diġitalizzazzjoni, l-akkwist pubbliku u l-integrazzjoni tas-swieq kapitali. Huwa jakkumpanja l-Istrateġija Annwali 2020 tal-Kummissjoni għat-Tkabbir Sostenibbli, li tistabbilixxi prijoritajiet ta' politika ffokati fuq is-sostenibbiltà kompetittiva u li timmarka l-punt tat-tluq tas-Semestru Ewropew 2020.

Affarijiet oħra

A) Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 (Aspetti tas-suq intern u l-industrija)

- Preżentazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni ppreżentat dawk l-aspetti tal-programm ta' ħidma tagħha għall-2020 adottat reċentement li huma rilevanti għall-ħidma tal-Kunsill Kompetittività.

b) L-impatt tal-COVID-19 fuq l-industrija tal-UE

- Informazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni qasmet mal-Kunsill l-ewwel valutazzjoni tal-impatt potenzjali tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-industrija tal-UE. Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-istati membri dwar l-importanza tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni kritika kollha u l-koordinazzjoni ta' kwalunkwe miżura meħuda fil-livell tal-UE.

c) Sejbiet tal-istħarriġ dwar l-ostakli għas-Suq Uniku għan-negozji Ċeki u konklużjonijiet mill-konferenza internazzjonali "Is-Suq Uniku tal-UE mill-perspettiva tal-SMEs" (Praga, 16 ta' Jannar 2020)

- Informazzjoni mid-delegazzjoni Ċeka

Id-delegazzjoni Ċeka ġibdet l-attenzjoni tal-Kunsill għas-sejbiet tal-istħarriġ u l-konferenza msemmija hawn fuq. L-għan ewlieni tal-istħarriġ, li twettaq mill-ministeru Ċek għall-industrija u l-kummerċ, kien li janalizza kif l-intraprendituri Ċeki jlaħħqu ma' ostakli magħżula għall-kummerċ fis-Suq Uniku. Min-naħa l-oħra, l-għan tal-konferenza kien li l-intraprendituri jiġu infurmati dwar l-opportunitajiet ta' negozju fis-Suq Uniku.

d) Ostakli fis-Suq Uniku

- Informazzjoni mid-delegazzjoni Litwana

Id-delegazzjoni Litwana rrapportat lill-Kunsill is-sejbiet ta' stħarriġ dwar l-ostakli li qed jiltaqgħu magħhom in-negozji Litwani fis-Suq Uniku filwaqt li jespandu l-attivitajiet transkonfinali tagħhom. L-istħarriġ tnieda mill-gvern Litwan f'Novembru 2019 u ġie konkluż fil-31 ta' Diċembru 2019. Ġie nnotat li ser isir avveniment ta' segwitu ta' livell għoli f’Vilnius fit-13 ta' Marzu 2020 biex jiġu diskussi dawn is-sejbiet u jiġu esplorati soluzzjonijiet possibbli mar-rappreżentanti tan-negozju.

Inwettqu l-Patt Ekoloġiku

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025