"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 27 u 28 ta' Mejju 2021

Riżultati ewlenin

Riċerka u innovazzjoni, 28 ta' Mejju 2021

Regolament dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (HPC) Ewropew

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali dwar ir-regolament imsemmi hawn fuq.

Manuel Heitor, Ministru għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Edukazzjoni Għolja tal-Portugall
Il-qbil tal-lum iwitti t-triq għall-iżvilupp fl-Ewropa tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' teknoloġiji diġitali. Is-supercomputers u l-computing kwantistiku huma l-muturi tal-ekonomija tad-data, billi jisfruttaw teknoloġiji bħall-intelliġenza artifiċjali (IA), l-analitika tad-data u ċ-ċibersigurtà biex jipprovdu applikazzjonijiet li jwasslu għal skoperti f'oqsma ewlenin bħas-saħħa u t-tibdil fil-klima. It-tranżizzjoni tagħna għal ekonomija diġitali tiddependi fuqhom.
Manuel Heitor, Ministru għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Edukazzjoni Għolja tal-Portugall
Manuel Heitor, Ministru għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Edukazzjoni Għolja tal-Portugall

Konklużjonijiet dwar l-"Approfondiment taż-Żona Ewropea tar-Riċerka: nagħtu lir-riċerkaturi karrieri u kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u sostenibbli u nagħmlu ċ-ċirkolazzjoni tal-imħuħ realtà"

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar modi possibbli biex il-karrieri fir-riċerka fl-Ewropa jsiru aktar attraenti bil-ħsieb li jiġu attirati u miżmuma riċerkaturi eċċellenti fil-kontinent.

It-tiġdid taż-Żona Ewropea tar-Riċerka: kif għandha titħejja t-tnedija ta' ŻER ambizzjuża li tkun adattata għall-għaxar snin li ġejjin

Abbażi ta' nota tal-presidenza, il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-aktar elementi importanti ta' Żona Ewropea tar-Riċerka ambizzjuża għad-deċennju li jmiss. Kien hemm qbil dwar il-ħtieġa ta' viżjoni komuni u li tħares 'il quddiem għaż-ŻER futura, li trid tqis it-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija.

Affarijiet oħra

Proposta leġiżlattiva attwali: Deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija mwettqa b'mod konġunt minn diversi stati membri

Il-Kunsill ġie infurmat bil-progress miksub s'issa fl-evalwazzjoni tad-deċiżjoni proposta fil-korpi preparatorji tal-Kunsill.

Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa

Il-Kunsill ġie infurmat bil-progress miksub s'issa fl-evalwazzjoni tar-regolament propost fil-korpi preparatorji tal-Kunsill.

Missjoni ta' Innovazzjoni: sħubija

Abbażi ta' nota mill-Kummissjoni, il-Kunsill ġie infurmat bl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli bl-impenn tagħha fl-attivitajiet u l-governanza tal-Missjoni Innovazzjoni matul it-tieni fażi tal-inizjattiva, li għandha titnieda fil-31 ta' Mejju.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni

Abbażi ta' nota mill-Kummissjoni, il-Kunsill ġie infurmat bl-approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni adottata reċentement. Il-komunikazzjoni tippreżenta l-perspettiva tal-Kummissjoni rigward l-istrateġija tal-Ewropa dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss

Il-Kunsill ġie infurmat mid-delegazzjoni Slovena dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Slovena li jmiss fil-qasam tar-riċerka.

Spazju - 28 ta' Mejju 2021

Konklużjonijiet dwar "Spazju Ġdid għall-Persuni"

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-ħtieġa ta' approċċ Ewropew għal Spazju Ġdid bħala mutur għal settur spazjali tal-UE innovattiv, reżiljenti u kompetittiv.

Konklużjonijiet dwar "L-Ispazju għall-Persuni fiż-żoni kostali Ewropej"

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta' Copernicus, Galileo u EGNOS sabiex jittejbu l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-kwalità tal-ħajja tan-nies fiż-żoni kostali Ewropej.

Lejn pożizzjonament aħjar tal-UE fl-Immaniġġjar tat-Traffiku fl-Ispazju

Abbażi ta' nota tal-presidenza, akkumpanjata minn abbozz ta' pjan direzzjonali, il-ministri ddiskutew l-elementi kostitwenti ewlenin ta' proċess li jwassal għal pożizzjoni futura tal-UE dwar l-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju. Kien hemm qbil dwar il-pjan direzzjonali propost u dwar l-idea ta' approċċ gradwali, li jirrispetta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u d-diviżjoni tal-kompetenzi.

L-immaniġġjar tat-traffiku fl-ispazju huwa wieħed mill-aktar suġġetti importanti u urġenti fuq l-aġenda ta' dawk li jfasslu l-politika spazjali madwar id-dinja. Id-dibattitu li beda llum dwar pożizzjoni Ewropea komuni futura dwar din il-kwistjoni, b'rispett sħiħ għall-kompetenzi ta' kull attur, jenfasizza d-determinazzjoni tagħna li naġixxu flimkien sabiex nimmassimizzaw il-benefiċċji minn użu sostenibbli tal-ispazju. Manuel Heitor, Ministru għax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Edukazzjoni Għolja tal-Portugall

Affarijiet oħra

Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss

Il-Kunsill ġie infurmat mid-delegazzjoni Slovena dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Slovena li jmiss fil-qasam spazjali.


Suq intern u industrija, 27 ta' Mejju 2021

Regolament dwar suq uniku għas-servizzi diġitali (Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE

Abbażi ta' rapport tal-presidenza, il-Kunsill ġie infurmat bil-progress miksub s'issa fl-evalwazzjoni tar-regolament propost fil-korpi preparatorji tal-Kunsill.

Regolament dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)

Abbażi ta' rapport tal-presidenza, il-Kunsill ġie infurmat bil-progress miksub s'issa fl-evalwazzjoni tar-regolament propost fil-korpi preparatorji tal-Kunsill.

L-ingranaġġ tal-kompetittività u l-influwenza globali tal-Unjoni Ewropea permezz ta' pakkett dwar is-servizzi diġitali ambizzjuż

Abbażi ta' nota tal-presidenza, il-ministri kellhom l-ewwel dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-aspetti tal-pakkett diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar is-Swieq Diġitali) li jqisu neċessarji biex jiggarantixxu t-tisħiħ tas-suq uniku diġitali u spazju online aktar sikur, fejn huma mħarsa d-drittijiet fundamentali u l-kompetizzjoni hija ġusta u ħielsa.

Id-delegazzjonijiet esprimew sodisfazzjon għall-progress konsiderevoli li sar s'issa fl-eżami tal-pakkett diġitali fil-Kunsill. Huma enfasizzaw il-ħtieġa ta' regoli ċari, validi għall-futur u proporzjonati, li jiggarantixxu t-taħlita adatta ta' ċertezza legali u flessibbiltà u li jrawmu l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fis-suq uniku diġitali tal-UE. Mekkaniżmi effiċjenti ta' infurzar fil-livell tal-UE, bl-involviment tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, issemmew bħala element kruċjali għas-suċċess tal-proġett.

Pedro Siza Vieira, Ministru tal-Istat għall-Ekonomija u t-Tranżizzjoni Diġitali tal-Portugall
Għaddejja ħidma biex fl-Ewropa jinħoloq qafas legali li jkun adattat għall-ekonomija tad-data u li jkun fdat kemm min-negozji kif ukoll mill-konsumaturi. Qafas li jrawwem il-kompetittività tagħna billi jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tar-riżorsi kreattivi kollha tagħna.
Pedro Siza Vieira, Ministru tal-Istat għall-Ekonomija u t-Tranżizzjoni Diġitali tal-Portugall
Pedro Siza Vieira, Ministru tal-Istat għall-Ekonomija u t-Tranżizzjoni Diġitali tal-Portugall

Aġġornament tal-istrateġija industrijali l-ġdida għall-Ewropa – l-importanza kritika li jiġi żgurat l-aċċess għall-materja prima kritika

Abbażi ta' nota tal-presidenza, il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-istrateġija industrijali l-ġdida aġġornata, li ffoka fuq l-importanza li jiġi żgurat aċċess għal materja prima kritika.

Id-delegazzjonijiet laqgħu l-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija industrijali aġġornata tal-UE. Huma esprimew appoġġ qawwi għall-miżuri ssuġġeriti biex japprofondixxu l-integrazzjoni u r-reżiljenza tas-suq intern għall-benefiċċju tal-atturi kollha, speċjalment l-SMEs. Kienu tal-istess fehma li kien jeħtieġ network aktar inklużiv u diversifikat ta' ktajjen tal-provvista għal materja prima kritika biex jiġi żgurat li l-industrija tal-UE tibqa' reżiljenti fi żminijiet ta' kriżi, b'mod partikolari f'setturi ta' importanza strateġika, bħall-farmaċewtika, is-semikondutturi eċċ.

It-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 jindikaw il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha, sabiex issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala attur globali li jkun reżiljenti, li l-futur tiegħu jkun f'idejh, u li jippromwovi aġenda tiegħu stess. Ninsabu fil-proċess li nivvalutaw u nindirizzaw il-vulnerabbiltajiet u d-dipendenzi tagħna fuq pajjiżi terzi fir-rigward ta' prodotti, servizzi, teknoloġiji u infrastruttura strateġiċi, filwaqt li nsibu risponsi ta' politika xierqa u koerenti, u li nħarsu lejn il-possibbiltajiet għal alleanzi mas-sħab tagħna madwar id-dinja biex jissaħħu l-ktajjen tal-valur globali eżistenti u biex jiġu diversifikati s-sorsi esterni tal-provvista. F'dan il-kuntest, l-iżgurar tal-aċċess għal materja prima kritika huwa prekondizzjoni fundamentali u meħtieġa għal tranżizzjoni b'suċċess lejn ekonomija ekoloġika u diġitali. Pedro Siza Vieira, Ministru tal-Istat għall-Ekonomija u t-Tranżizzjoni Diġitali tal-Portugall

Konklużjonijiet dwar it-turiżmu fl-Ewropa għall-għaxar snin li ġejjin: sostenibbli, reżiljenti, diġitali, globali u soċjali

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-futur tat-turiżmu Ewropew.

Konklużjonijiet dwar it-teknoloġiji tad-data għat-titjib tar-Regolamentazzjoni Aħjar

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar kif għandu jiġi promoss l-użu ta' teknoloġiji tad-data b'appoġġ għal leġiżlazzjoni mmexxija mid-data, diġitali b'mod awtomatiku u ta' kwalità għolja, b'kont debitu meħud tal-qafas ġenerali ta' Regolamentazzjoni Aħjar.

Affarijiet oħra

Proposti leġiżlattivi attwali

Regolament li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-proposta reċenti tagħha mmirata lejn l-istabbiliment ta' qafas legali għal intelliġenza artifiċjali affidabbli u suq intern li jiffunzjona tajjeb għas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali.

Regolament dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern

Abbażi ta' nota mill-Kummissjoni, il-Kunsill ġie infurmat dwar l-objettivi ewlenin tal-proposta għal regolament ippreżentata dan l-aħħar dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern.

Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill il-komunikazzjoni reċenti tagħha dwar ir-rieżami tal-politika kummerċjali tal-UE.

Kompetittività tal-industrija tal-UE u standardizzazzjoni armonizzata effettiva

Abbażi ta' nota konġunta, 17-il delegazzjoni infurmaw lill-Kunsill dwar il-fehmiet tagħhom rigward l-isfidi li bħalissa qed tiffaċċa s-sistema Ewropea ta' standardizzazzjoni.

Elementi essenzjali għal liġi tal-kompetizzjoni u qafas ta' għajnuna mill-istat li jippermettu l-kompetittività Ewropea

Abbażi ta' nota, id-delegazzjoni Awstrijaka infurmat lill-Kunsill bil-fehmiet tagħha dwar x'inhu meħtieġ sabiex jiġi aġġornat il-qafas legali tal-UE għall-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-istat.

Programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss

Il-Kunsill ġie infurmat mid-delegazzjoni Slovena dwar il-programm ta' ħidma tal-presidenza Slovena li jmiss fil-qasam tas-suq intern u l-industrija.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025