"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Riċerka), 28 ta' Settembru 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għar-riċerka ltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu l-approċċ globali tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka l-ġdida.

Konklużjonijiet dwar l-approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-approċċ globali jidentifika azzjonijiet ewlenin biex tissaħħaħ l-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni (R&I), b'enfasi qawwija fuq il-ftuħ u valuri u prinċipji fundamentali kondiviżi.

Simona Kustec - Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Isport tas-Slovenja
Il-konklużjonijiet tal-lum jibagħtu messaġġ qawwi li l-UE għandha tippromwovi l-ftuħ u l-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli fil-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi fir-R&I. Il-kooperazzjoni hija essenzjali għat-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, u aħna kuntenti li d-delegazzjonijiet laqgħu dan l-approċċ globali għar-riċerka u l-innovazzjoni.
Simona Kustec - Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Isport tas-Slovenja
Simona Kustec - Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Isport tas-Slovenja

Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka l-ġdida

Il-ministri tal-UE qasmu l-fehmiet tagħhom dwar il-governanza u l-implimentazzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER).

Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom rwol importanti fil-ħolqien ta' Unjoni Ewropea reżiljenti u b'saħħitha. Ir-riċerka u l-innovazzjoni ser jippermettu tranżizzjoni sostenibbli lejn ekonomija ekoloġika u kompetittiva biex jiġi żgurat li s-soċjetà futura tagħna tkun aktar reżiljenti. Simona Kustec - Ministru għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Isport tas-Slovenja

Waqt is-sessjoni pubblika, il-ministri qablu dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rikonoxximent politiku tar-rwol tar-R&I, bil-ħsieb li tittejjeb ir-reżiljenza tal-Ewropa u jitwettqu t-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika.

Il-ministri esprimew l-appoġġ tagħhom għar-riforma li għaddejja taż-ŻER, li tgħaqqad il-punti b'saħħithom tal-istituzzjonijiet pubbliċi, il-gvernijiet u l-partijiet ikkonċernati filwaqt li tirrispetta r-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċessi differenti tagħhom. Din ir-riforma għandha sseħħ kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE.

Il-ministri qablu li jiżguraw l-involviment mill-qrib tas-sħab internazzjonali fiż-ŻER il-ġdida. Madankollu, ħafna argumentaw li għandu jkun hemm kooperazzjoni aktar mill-qrib ma' pajjiżi sħab bi grad aktar b'saħħtu ta' assoċjazzjoni u prinċipji u valuri simili għar-R&I.

Bosta rreferew ukoll għall-ħtieġa li tiġi stabbilita struttura ta' governanza moderna, effiċjenti u simplifikata biex jiġi massimizzat l-impatt tal-azzjonijiet taż-ŻER. Ser ikun daqstant importanti li tiġi prevista sistema robusta ta' monitoraġġ biex jiġi vvalutat il-progress fil-kisba tal-objettivi taż-ŻER.

Affarijiet oħra

Sħubijiet Ewropej Istituzzjonalizzati

Il-presidenza Slovena aġġornat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali rigward is-sħubijiet Ewropej Istituzzjonalizzati.Bħala parti mill-pakkett Orizzont Ewropa 2020, dawn is-sħubijiet huma essenzjali għat-tmexxija teknoloġika tal-UE.

Fajl wieħed tas-sħubijiet huwa s-Sħubija Ewropea dwar il-Metroloġija mwettqa b'mod konġunt minn diversi stati membri. Dwar dan il-fajl ewlieni, il-presidenza infurmat lill-ministri dwar in-negozjati politiċi mal-Parlament Ewropew li kienu ser isiru fit-28 ta' Settembru waranofsinhar. Il-presidenza qalet li kienet ottimista dwar l-ilħuq ta' ftehim finali matul dawk in-negozjati.

Konferenza GenderAction u d-dikjarazzjoni ta' Ljubljana

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar il-konferenza virtwali GenderAction li saret fit-8 u d-9 ta' Lulju fis-Slovenja. Matul il-konferenza, il-presidenza Slovena ppreżentat id-dikjarazzjoni ta' Ljubljana dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-presidenza Slovena stiednet lid-delegazzjonijiet biex japprovaw id-dikjarazzjoni, peress li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija prijorità importanti. Id-Dikjarazzjoni ta' Ljubljana tenfasizza l-importanza li jinżamm il-valur tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u li tkun proattiv fl-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-riċerka u l-innovazzjoni, biex tiġi żgurata tranżizzjoni doppja ġusta, li twassal għal stili ta' ħajja inklużivi ġodda għal kulħadd u opportunitajiet ġodda għall-impjiegi u r-riċerka.

Assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi ma' Orizzont Ewropa

Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat lill-ministri dwar l-istat attwali tal-assoċjazzjoni ta' pajjiżi terzi mal-programmi tal-UE, b'mod partikolari Orizzont Ewropa. Il-Kummissjoni qasmet il-pjanijiet tagħha sal-aħħar tas-sena u infurmat lid-delegati dwar il-progress li sar s'issa.

Illustrazzjoni: ikoni li juru l-oqsma tar-riċerka

Żona Ewropea tar-Riċerka (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025